Wikiħbarijiet
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Il-Wikibarijiet huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia fejn fiha jiġu ppublikat aħbarijiet minn madwar id-dinja. Jimmy Wales iddistingwa lill-Wikibarijiet minn mal-Wikipedija hekk kif hu stqarr li "fuq il-Wikibarijiet, kull storja li tinkiteb tkun qed tinkiteb bħala aħbar, oppost għal artiklu ta' enċiklopedija."[2] Il-politika tal-punto di vista newtrali espost mill-Wikibarijiet jiddistingwixxiha minn sfrozi ġurnalisti oħra bħal Indymedia u OhmyNews.[3] B'kuntrast mill-ħafna proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia, il-Wikibarijiet tħalli x-xogħol oriġinali li jsir fil-format ta' rappurtaġġ oriġinali u intervisti.[4]
Remove ads
Storja
L-ewwel proposta rikordjata ta' sit tal-aħbarijiet tal-Wikimedia kienet posta ta' żewġ linji minn persunan anonimu fil-5 ta' Jannar, 2003, fuq Meta-Wiki.[5] Daniel Alston, li kien jimmodifika lill-Wikipedija taħt l-isem ta' Fonzy,[6] stqarr li kien hu li kien bagħat dak il-messaġġ.[7] Din il-proposta ġiet aktar żviluppata mill-ġurnalista, żviluppatur tas-softwer u awtur Erik Möller. Kien hemm oppożizzjoni minn diversi kontributuri tal-Wikipedija, li kienu stqarrew fuq li kien hemm diġà l-eżistenza ta' taqsiriet tal-aħbarijiet fuq il-Wikipedija, li tat bidu għal diskussjonijiet u proposti fuq kif il-proġett il-ġdid jista' jiġi implimentat mill-Wikimedia.
F'Novembru tal-2004, ġiet ippublikata wiki demostrattiva biex turi kif sit tal-aħbarijiet kollaborattiv jista' jaħdem. F'Diċembru tal-2004, is-sit ma baqax fil-fażi demostrattiva u mexa għall-fażi beta. Fl-istess ħin, edizzjoni bil-Ġermaniż ġiet introdotta. Aktar tard ġew introdotti verżjonijiet bit-Taljan, l-Olandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Bulgaru, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, l-Ukren, is-Serb, il-Ġappuniż, ir-Russu, l-Ebrajk, l-Għarbi, it-Tajlandiż, in-Norveġiż u biċ-Ċiniż (kollha f'ordni kronoloġika).
Fit-13 ta' Marzu, 2005, l-edizzjoni Ingliża tal-Wikibarijiet laħqet l-1,000 artiklu. Ftit xhur wara biss, f'Settembru tal-2005, il-proġett ġie trasferit għal-liċenzja tal-Creative Commons Attribution 2.5.[8] Fil-5 ta' Settembru, 2007, il-verżjoni Ingliża irnexxielha tilħaq kwota ta' 10,000 aħbar.
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads