Wikizzjunarju
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Il-Wikizzjunarju (terminu derivat mit-twaħħid tal-kelma wiki u dizzjunarju) huwa proġett multilingwi fl-internet li jfisser il-kliem b’xejn; b’hekk iservi ta’ dizzjunarju. Hemm madwar mija u ħamsin lingwa parti minn dan il-proġett. Kwalità li tiddifferenzjah minn imkielem oħrajn hi li miktub minn voluntiera li jilżmu annuna bis-software wiki sabiex jinbidlu, jissewwew jew jiġġeddu l-artikli.
Bħall-Wikipedija, il-Wikizzjunaru huwa mħaddem mill-Fondazzjoni Wikimedia. Minħabba li m’hemmx limitu għal spazju għall-istampar, ħafna mill-edizzjonijiet tal-lingwi ta’ dan il-proġett jipprovdu tifsir u traduzzjonijiet għal lingwi oħra, waqt li xi edizzjonijiet jipprovdu wkoll teżawri u lessiċi. Aktar minn hekk, il-Wikizzjunarju Ingliż jinkludi wkoll il-Wikisawru, li jservi ta' teżawru.
Remove ads
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads