Greċja
pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Greċja (bil-Grieg: Ελλάδα), magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika Ellenika (Ελληνική Δημοκρατία), huwa pajjiż fl-Ewropa tal-Lvant. Il-belt kapitali hija Ateni, li hija wkoll l-ikbar belt tal-pajjiż. Skont ċensiment tal-2011, il-popolazzjoni tal-Greċja hija ftit inqas minn 11-il miljun.
Repubblika Ellenika Ελληνική Δημοκρατία |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Ελευθερία ή Θάνατος" (Grieg) Libertà jew Mewt |
||||||
Innu nazzjonali: "Ὕμνος εἰς τὴν Ἐλευθερίαν" (Grieg) Innu għall-Libertà |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Ateni 37°58′N 23°43′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Grieg | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari kostituzzjonali unitarja | |||||
- | President | Katerina Sakellaropoulou | ||||
- | Prim Ministru | Kyriakos Mitsotakis | ||||
- | Kelliem | Konstantinos Tasoulas | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Indipendenza ddikjarata mill-Imperu Ottoman | 1 ta' Jannar 1822 | ||||
- | Rikonoxxuta | 3 ta' Frar 1830 | ||||
- | Kostituzzjoni kurrenti | 11 ta' Ġunju 1975 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar 1981 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 131,957[2] km2 (97) 50,949 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 0.8669 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2011 | 10,815,197[3] | ||||
- | Densità | 82/km2 (117) 212/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $286.952 biljun[4] (44) | ||||
- | Per capita | $27,190[4] (37) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $249.201 biljun[4] (42) | ||||
- | Per capita | $22,055[4] (34) | ||||
IŻU (2013) | 0.860[5] (għoli ħafna) (29) | |||||
Valuta | Ewro (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | EET (UTC+2) | |||||
Kodiċi telefoniku | +30 | |||||
TLD tal-internet | .gr1 | |||||
1 | Id-dominju .eu hija wkoll użata u maqsuma mal-istati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropeja. |
Il-Greċja tinsab fil-konfini tal-Ewropa, l-Asja u l-Afrika u bħala fruntieri għandha lill-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Bulgarija fit-Tramuntana, u t-Turkija fil-Grigal. Il-Baħar Eġew jinsab fuq il-Lvant tal-Grigal, il-Baħar Jonju fuq il-Punent, u l-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar. Bi 13,676 km, il-Greċja għandha l-ħdax l-itwal kosta fid-dinja, u tinkludi numru kbir ta' gżejjer (madwar 1,400 li 227 minnhom jgħixu n-nies fihom), fosthom Kreta, iċ-Ċikladi u l-Gżejjer Jonji. Tmenin fil-mija tal-Greċja hija muntanjuża, liema l-Muntanja Olimpu hija l-ikbar b'tul ta' 2,917-il metru.
Hi waħda mill-membri fundaturi tal-Ġnus Magħquda, ilha mill-1981 membru tal-Unjoni Ewropea (u taż-żona Ewro mill-2001) u membru mill-1952 tan-NATO. Il-Greċja huwa pajjiż żviluppat b'ekonomija avvanzata u ta' qliegħ, b'livell ta' għajxien għoli ħafna. L-ekonomija Griega hija wkoll l-ikbar waħda fil-Balkani.
Il-punt bl-ogħla temperatura fl-Ewropa jinsab f'Eleusis (ħdejn Ateni) peress li fl-1977 laħaq it-48 grad Celsius u huwa l-ħames post bl-ogħla temperatura rreġistrata fid-dinja.
Total tal-fruntiera tal-Greċja: 1,110 km, pajjiżi tal-fruntiera (4): l-Albanija 212 km; Bulgarija 472 km; Maċedonja ta' Fuq 234 km; Turkija 192 km.