Pożati
utensili tal-kċina li jintużaw biex jittiekel l-ikel / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-pożati jinkludu kwalunkwe għodda tal-idejn li tintuża meta jiġi ppreparat u meta jisserva l-ikel, kif ukoll
speċjalment biex jittiekel l-ikel fil-kultura tal-Punent. Persuna li tagħmel, tbigħ jew issewwi l-pożati huwa magħruf bħala tal-pożati. Il-belt ta’ Sheffield fl-Ingilterra ilha famuża għall-produzzjoni tal-pożati mis-seklu 17 u ferrovija – il-Master Cutler – li kienet tmur minn Sheffield għal Londra ġiet imsemmija għall-industrija tal-produzzjoni tal-pożati.[1] L-azzar inossidabbli ġie żviluppat f’Sheffield fil-bidu tas-seklu 20, u b’hekk il-pożati bdew jiġu prodotti bi prezz raġonevoli għall-mases.[2]
L-oġġetti ewlenin tal-pożati fil-kultura tal-Punent huma s-sikkina, il-furketta u l-imgħarfa. Dawn it-tliet għodod dehru għall-ewwel darba flimkien fuq il-mejda fil-Gran Brittanja fl-era Ġorġjana.[3] Dan l-aħħar, ġew prodotti b’verżjonijiet ibridi li jikkombinaw il-funzjonalità ta’ għodod differenti tal-ikel, fosthom l-ispork (neoloġiżmu bl-Ingliż magħmul mill-kombinament tal-imgħarfa u tas-sikkina: spoon/fork), l-ispife (neoloġiżmu bl-Ingliż magħmul mill-kombinament tal-imgħarfa u tal-furketta: spoon/knife), u l-knork (neoloġiżmu bl-Ingliż magħmul mill-kombinament tas-sikkina u tal-furketta: knife/fork) jew l-isporf li huwa kombinament tat-tliet għodod.[4]