Tim nazzjonali tal-futbol tal-Montenegro
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Montenegro (Montenegrin:Fudbalska reprezentacija Crne Gore, Фудбалска репрезентација Црне Горе) jirrappreżenta lil Montenegro fl-assoċjazzjoni tal-futbol u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Montenegro, il-korp governattiv għall-futbol fil-Montenegro. Il-grawnd li jużaw il-Montenegro huwa Stadju Podgorica City li jinsab ġewwa Podgorica u l-kowċ kurrenti huwa Branko Brnović.
Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-futbol tal-Montenegro | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Branko Brnović | ||
Kaptan | Mirko Vučinić | ||
Stadju prinċipali | Stadion Pod Goricom | ||
Kodiċi tal-FIFA | MNE | ||
|
Il-Montenegro huwa wieħed mit-timijiet internazzjonali ġodda tad-dinja, wara li daħlu fis-seħħ wara l-Tazza tad-Dinja 2006. F'dak it-turnew, l-istati indipendenti ġodda tas-Serbja u Montenegro kkompetew bħala tim magħqud u lagħbu l-aħħar logħba tagħhom fil-21 ta'Ġunju fil-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja.
L-24 plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ukrajna fis-7 ta' Ġunju 2013. Apparenzi u gowls huma korretti mis-7 ta' Ġunju 2013.[1]