Ayn Rand
From Wikipedia, the free encyclopedia
Alice O'Connor (imwielda Alisa Zinovyevna Rosenbaum; [lower-alpha 1] 2 ta’ Frar 1905 – 6 ta’ Marzu 1982), kienet awtriċi Amerikana u filosofa li twieldet ir-Russja. Hi magħrufa għall-kitbiet fittizji u għall-iżvilupp tas-sistema filosofika li sejħitilha l-Oġġettiviżmu. Hi twieldet u rċeviet l-edukazzjoni fir-Russja, iżda marret tgħix fl-Istati Uniti fl-1926. Wara li kitbet żewġ rumanzi li inizjalment ma kinux ta’ suċċess u anke żewġ drammi għal Broadway, Rand irnexxielha tikseb il-fama bir-rumanz tal-1943 The Fountainhead. Fl-1957, ippubblikat ir-rumanz li nbiegħ l-aktar, Atlas Shrugged. Aktar tard, sakemm mietet fl-1982, hi bdiet tikteb kitbiet mhux fittizji biex tippromwovi l-filosofija tagħha, ippublikat perjodiċi tagħha stess u ħarġet għadd ta’ ġabriet ta’ esejs.
Ayn Rand | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Алиса Зиновьевна Розенбаумu Alisa Zinovyevna Rosenbaum |
Twelid | San Pietruburgu, 2 Frar 1905 |
Nazzjonalità |
Imperu Russu Unjoni Sovjetika Stati Uniti tal-Amerka Repubblika Russa Repubblika Sovjetika Federali Soċjalista Russa Repubblika Soċjalista Federali Sovjetika Russa statelessness (en) |
Grupp etniku | il-Lhud |
L-ewwel lingwa | Russu |
Mewt | Manhattanu Belt ta' New York, 6 Marzu 1982 |
Post tad-dfin | Kensico Cemetery (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (attakk tal-qalb) |
Familja | |
Konjuga/i | Frank O'Connor (15 April 1929 - 9 Novembru 1979) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università Statali ta' San Pietruburgu |
Lingwi |
Russu Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
drammaturgu filosofu rumanzier xeneġġatur kritiku letterarju saġġist ġurnalist kittieb tal-fantaxjenza kittieb |
Impjegaturi | Università Statali ta' San Pietruburgu |
Xogħlijiet importanti |
Atlas Shrugged (en) The Fountainhead (en) We the Living (en) Anthem (en) The Virtue of Selfishness (en) |
Premjijiet |
List
|
Nominat għal |
uri
|
Influwenzat minn |
Aristotile Ludwig von Mises (en) Carl Menger (en) Isabel Paterson (en) Tumas t'Akwinu Albert Jay Nock (en) Fyodor Dostoyevsky (en) Victor Hugo (en) Edmond Rostand (en) Friedrich Schiller (en) Russian symbolism (en) Rose Wilder Lane (en) |
Sħubija |
American Writers Association (en) Motion Picture Alliance for the Preservation of American Ideals (en) |
Psewdonomu | Ayn Rand |
Moviment artistiku |
objectivism (en) dystopia (en) |
Rand ħadmet favur ir-raġuni u ċaħdet il-fidi u r-reliġjon. Hi appoġġjat l-egoiżmu razzjonali u etiku għall-kuntrarju tal- altruiżmu . Fil-politika, hi kkundannat l-użu tal-vjolenza u appoġġjat il-kapitaliżmu laissez-faire, li ddefinitu bħala s-sistema bbażata fuq ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-individwi, inkluż id-drittijiet tal-proprjetà privata . Għalkemm hi opponiet il-libertariżmu, li ħarset lejh bħala anarkiżmu, Rand spiss tiġi assoċjata mal-moviment libertarju tal-Istati Uniti modern. Fl-arti, hi ppromwoviet ir-realiżmu romantiku. Hi kienet tikkritika bl-aħrax, ħafna mill-filosfi u t-tradizzjonijiet filosofiċi li kienet taf bihom, ħlief għal xi eċċezzjonijiet.
Inbiegħu aktar minn 37 miljun kopja tal-kotba tagħha. Ix-xogħlijiet fittizji tagħha rċevew reċensjonijiet imħalltin minn kritiċi tal-letteratura, b’uħud mir-reċensjonijiet li maż-żmien bdew isiru aktar negattivi.[2] Għalkemm l-interess akkademiku għall-ideat tagħha kiber wara mewtha[3], filosofi akkademiċi ġeneralment injoraw jew ċaħdu l-filosofija ta’ Rand, għax skonthom l-istil tagħha kien polemiku u li l-ideat neqsin mir-rigorożità metodoloġika. Ix-xogħlijiet tagħha influwenzaw xi libertarji tal-lemin u konservattivi. Il-moviment Oġġettivist ixerred l-ideat tagħha, kemm fil-pubbliku kif ukoll fl-akkademja.