Borussia Dortmund
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ballspielverein Borussia 09 e.V. Dortmund, komunement magħrufa bħala Borussia Dortmund, Dortmund jew BVB, huma klabb sportiv ibbażat ġewwa Dortmund. Borussia Dortmund jilgħabu fil-Bundesliga, l-ogħla kampjonat fil-Ġermanja. Dortmund huwa wieħed mill-klabbs aktar suċċessivi fl-istorja tal-futbol Ġermaniż.[1][2]
Fundazzjoni | 31UTCt | |||
---|---|---|---|---|
Grawnd | Westfalenstadion | |||
Proprjetarju | Reinhard Rauball | |||
President | Hans-Joachim Watzke (en) | |||
Kowċ | Edin Terzić | |||
Kampjonat | Fußball-Bundesliga | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Il-klabb kien twaqqaf fl-1909 minn sbatax-il plejer tal-futbol minn Dortmund. Borussia Dortmund rebħu tmien kampjonati Ġermaniżi, tlett Tazzi Ġermaniżi, erba' Supercups Ġermaniżi, darba l-UEFA Champions League, darba t-Tazza tat-Tazez Ewropej, u darba t-Tazza Interkontinentali. Ir-rebħa tat-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1966 għamlithom l-ewwel klabb Ġermaniż li rebaħ titlu Ewropew.
Mill-1974, Dortmund bdew jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa l-Westfalenstadion. Dan il-grawnd huwa l-ikbar wieħed fil-Ġermanja. Il-kuluri ta' Borussia Dortmund huma iswed u isfar. Dortmund iżżommu rivalità fit-tul mal-ġirien ta' Ruhr Schalke. Logħbiet bejn dawn iż-żewġ klabbs huma msemmija bħala r-Revierderby. Dortmund għandhom ukoll rivalità ma' Bayern Munich, magħrufa bħala Der Klassiker (Malti: Il-Klassika).[3][4] F'termini ta' dħul, Dortmund huwa t-tieni l-akbar klabb sportiv fil-Ġermanja u l-ħdax l-akbar klabb tal-futbol fid-dinja, huma ġġeneraw €189,100,000 fl-2012. Il-mottu ta' Borussia Dortmund huwa "Echte Liebe" (Malti: "Imħabba Vera").