From Wikipedia, the free encyclopedia
Bryan Cristante (twieled fit-3 ta' Marzu 1995) huwa futboler professjonali Taljan li jilgħab bħala midfilder mal-klabb tas-Serie A Milan. Huwa għandu passaport Kanadiż, minħabba li missieru twieled hemmhekk.[1]
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 3 ta' Marzu 1995 San Vito al Tagliamento, Italja | ||
Tul | 1.88 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Roma | ||
Numru | 4 | ||
Mixtliet | |||
2006–2009 | Liventina Gorghense | ||
2009–2013 | Milan | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2011–2014 | Milan | ||
2014–2018 | Benfica | ||
2016 | → Palermo (self) | ||
2016–2017 | → Pescara (self) | ||
2017–2018 | → Atalanta (self) | ||
2018–2019 | Atalanta | ||
2018–2019 | → Roma (self) | ||
2019– | Roma | ||
Tim nazzjonali | |||
2017– | Italja |
Cristante twieled f'San Vito al Tagliamento iżda trabba ġewwa San Giovanni di Casarsa, fejn beda jilgħab il-futbol bħala tfajjel.[2] Huwa mexa lejn Liventina Gorghense, klabb tad-dilettanti fil-provinċja ta' Treviso, qabel ma ssieħeb ma AC Milan fl-2009.[3] Matul iż-żmien tiegħu fl-akkademja ta' AC Milan, hu kien membru tal-iskwadra tal-U15 li rebħet il-Campionato Giovanissimi Nazionali fl-2010,[4] fejn hemmhekk skorja tmien gowls,[2] huwa wkoll kien membru tal-iskwadra tal-U17 li rebħet il-Campionato Allievi Nazionali fl-2011.[5]
Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu għall-klabb fis-6 ta' Diċembru 2011, fl-età ta' 16-il sena u 278 ġranet, fejn ħareġ bħala sostitut minflok Robinho fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Viktoria Plzeň, il-logħba kienet spiċċat fid-dro ta' 2–2.[6] Hu b'hekk sar l-iżgħar plejer ta' Milan li lagħab fiċ-Champions League u t-tielet l-iżgħar ta' kull żmien.[7][8]
Cristante kien elett bħala l-aqwa plejer fit-Torneo di Viareggio 2013. Fl-4 ta' Marzu 2013, Cristante ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu, li jżommu f'Milan sal-2018. Huwa se jissieħeb fl-ewwel skwadra fil-bidu tal-istaġun 2013/2014.[9]
Tim | Staġun | Kampjonat domestiku | Tazza domestika | Kompetizzjonijiet Ewropej[lower-alpha 1] | Kompetizzjonijiet oħra[lower-alpha 2] | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Milan | 2011–12 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 |
2012–13 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | 0 | 0 | ||
2013–14 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | 0 | 0 | ||
Total tal-karriera | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.