![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/17/Casco_Antiguo_%2528San_Felipe%2529_-_Pamama.jpg/640px-Casco_Antiguo_%2528San_Felipe%2529_-_Pamama.jpg&w=640&q=50)
Casco Viejo (Panama)
insedjament uman u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Panama / From Wikipedia, the free encyclopedia
Casco Viejo (li litteralment tfisser "Kwartier Antik" jew "Distrett Storiku"), magħruf ukoll bħala Casco Antiguo jew San Felipe, huwa distrett storiku tal-Belt tal-Panama, il-belt kapitali tal-Panama. Maħluq u insedjat fl-1673, id-distrett storiku nbena wara l-qerda kważi totali tal-Belt tal-Panama oriġinali, Panamá Viejo, fl-1671, meta din ġiet attakkata mill-pirati. Id-distrett tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/17/Casco_Antiguo_%28San_Felipe%29_-_Pamama.jpg/640px-Casco_Antiguo_%28San_Felipe%29_-_Pamama.jpg)