![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/mt/thumb/a/a4/Sublogo02.jpg/640px-Sublogo02.jpg&w=640&q=50)
Festival tal-Eurovision 2006
kompetizzjoni annwali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Festival tal-Eurovision 2006 kien il-51 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u ġie organizzat fl-Olympic Indoor Hall ġewwa Ateni, il-Greċja fit-18 ta’ Mejju (għas-semifinali) u fl-20 ta’ Mejju (il-finali). Ix-xandar nazzjonali tal-festival kien ERT. Il-grupp Finlandiż Lordi rebħu l-festival bil-kanzunetta "Hard Rock Hallelujah" b'rekord ta' 292 punt. "Hard Rock Hallelujah" kienet l-ewwel kanzunetta rock li qatt rebħet il-Eurovision (il-Eurovision hu normalment assoċjat mal-mużika pop). Din kienet ukoll l-ewwel rebħa tal-Finlandja fil-Eurovision wara 40 sena ta' parteċipazzjoni.
Festival tal-Eurovision 2006 "Feel The Rhythm" | |
---|---|
![]() | |
Dati | |
Data tas-semifinali | {{{semi}}} |
Data tal-finali | 20 ta' Mejju 2006 |
Ospitu | |
Sala | Olympic Indoor Hall, Atenti, Greċja |
Preżentatur(i) | Maria Menounos Sakis Rouvas |
Att tal-intervall | Elena Paparizou Foteini Darra Sakis Rouvas Żeffiena Griegi |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 37: 23 fis-semifinali; 24 fil-finali (14 kwalifikati awtomatikament u 10 mis-semifinali) |
Pajjiżi debuttanti | ![]() |
Pajjiżi li rtiraw | ![]() ![]() ![]() |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | ![]() "Hard Rock Hallelujah" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2005 ![]() |
Il-logo uffiċjali tal-festival kien l-istess bħal tal-2004 u l-2005 fejn il-bandiera tal-pajjiż ospititant tieħu post l-isfond tal-qalb. It-tema tal-2006 kien "Feel The Rhythm" ("Ħoss ir-Ritmu"). Din it-tema kienet ukoll il-bażi tal-kartolini għall-edizzjoni tal-2006, li enfasizzaw lill-Greċja bħala post storiku u wkoll bħala destinazzjoni turistika moderna.
Il-preżentaturi tal-Festival tal-Eurovision f'Ateni kienu l-kantant popolari Grieg Sakis Rouvas (ir-rappreżentant tal-Griegi fil-Eurovision 2004) u l-preżentatriċi televiżiva u attriċi Griega-Amerikana, Maria Menounos. Fis-semifinali, iż-żewġ preżentaturi tas-serata kantaw kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision; "Love Shine A Light" tal-grupp Katrina and the Waves'. Għal wieħed mill-intervalli, Sakis Rouvas kanta verżjoni Ingliża tal-kanzunetta Griega "S' exo Erotefti" ("Jien inħobbok"). Helena Paparizou, li kantat il-kanzunetta rebbieħa fi Kjiv, irritornat fuq il-palk tal-Eurovision f'Ateni. Wara Sertab Erener u Ruslana, Helena Paparizou kompliet it-tradizzoni li tkanta fl-intervall tal-finali. Hi kantat "My Number One" u "Mambo!". Żeffiena Griegi kienu wkoll preżenti fl-atti ta' intervall, kif ukoll elementi oħra Griegi. CD u DVD uffiċjali kienu ppubblikati u kien hemm l-introduzzjoni tal-ktieb tal-ammiraturi li hu ktieb li minn din is-sena beda joħroġ kull sena u fih ikollu informazzjoni dettaljata ta' kull pajjiż parteċipant.
Biex is-serata finali ddum inqas ħin, il-ħin tal-votazzjoni dam għaxar minuti u l-proċedura tal-votazzjoni ġie mibdula: il-punti minn 1 sa 7 jidhru mal-ewwel fuq l-iskrin. Il-kelliema li jippreżentaw il-punti għal kull pajjiż jaqraw biss it-8, l-10 u t-12-il punt. Minkejja li dan kien mistenni li jgħaġġel il-finali, kien hemm xorta problemi fil-voti fejn xi klassifiki damu biex jitilgħu fuq l-iskrins. Il-kelliem tal-Olanda, Paul de Leeuw, ġab xi problemi fejn ta n-numru tal-mobajl lill-preżentatur Rouvas matul ir-riżultati Olandiżi, u b'hekk damu biex jitħabbru l-voti. Constantinos Christoforu, li kien qed jaqra l-voti għaċ-Ċiprijotti, x'ħin sellem u kien se jibda' jaqra' l-voti qal "Minn Nikosija, l-aħħar kapitali diviża fl-Ewropa".[1] Matul il-qari tal-voti ta' Ċipru, l-iskrin kien qed juri dawk tal-iŻvizzera bi żball. Il-proċess tal-voti kien ikkritikat minħabba li naqqas l-atmosfera meta nqraw biss tliet voti minn għaxra, bħal ma kien jiġri qabel.
Il-festival tal-2006 ra l-1,000 kanzunetta tal-fesitval, meta "Every Song Is A Cry For Love" kienet kantanta minn Brian Kennedy għall-Irlanda fl-ewwel post tas-semifinali. L-Armenja għamlet id-debutt fil-Eurovision. Dawk li għandhom għal qalbhom il-Eurovision, urew ix-xokk tagħhom meta l-kanzunetta mil-Litwanja kkwalifikat waqt li dik Belġjana falliet.