Festival tal-Eurovision 2009
kompetizzjoni annwali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Festival tal-Eurovision 2009 kien l-54 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan il-festival sar bejn it-12 u s-16 ta' Mejju, fl-Olimpiyski Arena ġewwa Moska, il-belt kapitali tar-Russja.
Festival tal-Eurovision 2009 | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 12 ta' Mejju 2009 |
Data tal-2ni semifinali | 14 ta' Mejju 2009 |
Data tal-finali | 16 ta' Mejju 2009 |
Ospitu | |
Sala | Olimpiyski Arena, Moska, Russja |
Preżentatur(i) | Semifinali: Natalia Vodianova Andrey Malahov[1] Finali: Alsou Ivan Urgant Green Room: Dmitry Shepelev |
Direttur | Andrey Boltenko |
Att tal-ftuħ | Semifinali 1: The Tolmachevy Twins Semifinali 2: Orkestra folk Finali: Terem Quartet, Cirque du Soleil, Dima Bilan, Dima Bilan |
Att tal-intervall | Semifinali 1: Alexandrov Ensemble u l-grupp t.A.T.u b'"Not Gonna Get Us" Semifinali 2: Igor Moiseyev Ensemble Finali: Fuerza Bruta |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 42 |
Pajjiżi li rritornaw | Slovakkja |
Pajjiżi li rtiraw | Ġeorġja San Marino |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Alexander Rybak "Fairytale" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2008 2010► |
Fil-proċedura tal-votazzjoni seħħew xi tibdiliet fosthom l-involviment mill-ġdid tal-ġurija nazzjonali flimkien mat-televotazzjoni, waqt li l-format tas-semifinali baqa' l-istess. Tnejn u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom; l-Islovakkja ħabbret ir-ritorn tagħha f'dan il-festival, waqt li San Marino irtiraw minħabba problemi finanzjarji. Il-Latvja u l-Ġeorġja għall-bidu ħabbru l-intenzjoni li jirtiraw, però l-European Broadcasting Union (EBU) stqarret li ż-żewġ pajjiżi kienu se jieħdu sehem.[2] Madanakollu, il-Ġeorġja ddeċidiet li tirtira għal darb'oħra wara li l-EBU irrifjutat il-kanzunetta magħżula wara li kienet tmur kontra r-regoli tal-Konkors.
Il-festival ġie mirbuħ min-Norveġja bi 387 punt, l-ogħla punteġġ fl-istorja tal-Eurovision. Ir-rebħa tan-Norveġja timmarka wkoll l-ewwel rebħa għal pajjiż mill-Punent tal-Ewropa u li kien diġà rebaħ xi darba oħra l-festival, mill-2001, meta matul dawn is-snin il-festival beda jdur fil-pajjiżi tal-Lvant li ħafna minnhom kienu għadhom iduqu l-ewwel rebħa.
F'dan il-festival ukoll kien hemm riżultat pożittiv għar-Renju Unit li spiċċat bl-aktar punti mill-Ikbar Erbgħa waqt li Spanja bl-inqas. Is-sena ta' qabel offriet riżultat oppost.