Festival tal-Eurovision 2011
kompetizzjoni annwali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Festival tal-Eurovision 2011 kien is-56 konkors annwali tal-Eurovision. Dan il-festival sar f'Düsseldorf, il-Ġermanja, wara li l-Ġermanja rebħet il-konkors tal-2010 permezz ta' Lena Meyer-Landrut bil-kanzunetta "Satellite". Il-kompetizzjoni saret fl-Esprit Arena ta' Düsseldorf, li ntgħażlet minn tliet postijiet madwar il-Ġermanja fil-fażi finali li saret fl-2010.
Festival tal-Eurovision 2011 "Feel Your Heart Beat!" | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 10 ta' Mejju 2011 |
Data tal-2ni semifinali | 12 ta' Mejju 2011 |
Data tal-finali | 14 ta' Mejju 2011 |
Ospitu | |
Sala | Esprit Arena, Düsseldorf, Ġermanja |
Preżentatur(i) | Anke Engelke Judith Rakers Stefan Raab |
Att tal-ftuħ | Stefan Raab ikanta "Satellite" ma' Lena Meyer-Landrut |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 43 |
Pajjiżi debuttanti | Ħadd |
Pajjiżi li rritornaw | Awstrija Italja San Marino Ungerija |
Pajjiżi li rtiraw | Ħadd |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Ażerbajġan "Running Scared" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2010 2012► |
Id-dati stabbiliti għaż-żewġ semifinali kienu l-10 u t-12 ta' Mejju 2011, bil-finali ppjanata għal-lejla tal-14 ta' Mejju 2011. Tlieta u erbgħin pajjiż ikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-konkors, fejn fost dawk li irritornaw lura kien hemm l-Awstrija, li l-aħħar ipparteċipat fl-2007; l-Ungerija, li kkompetew l-aħħar darba fl-2009; u San Marino, li pparteċipaw l-aħħar darba fl-2008. L-Italja wkoll irritornat lejn il-konkors fejn din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tagħha mill-1997.