From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Ktieb ta' Mormon hu wieħed mit-testi sagri tal-Mormoniżmu, meqjus mill-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet bħala ktieb rivelat. L-isem tal-ktieb ġej minn Mormon, profeta–storiku li, skont it-test stess, ikkompila ħafna mill-ktieb. Kien tradott u ppubblikat għall-ewwel darba mill-fundatur tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet, Joseph Smith, f'Palmyra, New York, fis-26 ta' Marzu tal-1830.
Flimkien mal-Bibbja, il-Ktieb ta' Mormon hi parti tal-kanoni ta' skrittura sagra tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet, il-Komunità ta' Kristu, u knejjes oħra li jqisu lil Joseph Smith bħala l-fundatur tagħhom. Is-sottotitlu "Testment ieħor ta' Ġesù Kristu", kien ġie miżjud fl-1982 fl-edizzjonijiet tal-ktieb pubblikati mil-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet, bl-iskop li tenfasizza t-testimonjanza tad-divinità ta' Ġesù Kristu.[1]
Skont ir-rakkont ta' Joseph Smith, il-Ktieb ta' Mormon hi t-traduzzjoni ta' test antik, miktub fuq twavel tad-deheb, li wassal għad-dehra ta' anġlu fl-1823. Dan il-messaġġier, bl-isem ta' Moroni, informa liż-żagħżugħ Joseph Smith li xi annali antiki kienu jinsabu midfunin taħt għolja bl-isem ta' Cumorah, sit fl-inħawi tar-razzett tal-famlija Smith, territorju ta' Palymra, New York. Skont ir-rakkont ta' Joseph Smith, u ta' persuni oħra li kienu skribi, ix-xogħol ta' traduzzjoni sar f'inqas minn disgħin ġurnata. Il-metodu ta' traduzzjoni għadu mhux magħruf, anki jekk hu probabbbli l-użu ta' oġġetti sagri, magħrufa aktar bħala Urim u Tummin (kwotati fil-Bibbja u fil-Ktieb ta' Mormon), u l-awżilju tal-poter tal-Ispirtu s-Santu. Ġew tradotti aktar minn 500 paġna, li jiddeskrivu l-istorja ta' zewġ ċiviltajiet għal perjodu kumplessiv ta' 2,600 sena. Total ta' ħdax-il xhud oħra iffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub li huma raw u żammew f'idejhom it-twavel tad-deheb. Ħafna jistaqsu dwar l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet tagħhom. It-twavel kienu miktuba b'Eġizzjan riformat, lingwa li l-Mormoni jqisuha bħala forma ta' ġeroglìfiku. Fl-1838 it-twavel reġgħu ngħataw lill-anġlu Moroni minn Joseph Smith stess.
L-għan tal-Ktieb, bħalma hu indikat fl-istess fontispizju, hu dak li:[2]
“ | Juri lill-bqija tad-Dar ta' Iżrael liema affarijiet kbar għamel il-Missier għall-missirijiethom, u li jistgħu jagħrfu l-alleanzi tal-Missier, u li mhumiex rifjutati għal dejjem — U wkoll għall-konvinzjoni tal-Lhud u l-Ġentili li Ġesù hu l-Kristu, il-Missier Etern, li jimmanefesta għan-nazzjonijiet kollha. | ” |
Joseph Smith espressa l-importanza li l-Ktieb ta' Mormon għandu fit-teoloġija Mormona li permezz tal-kliem kwotati hawn isfel li, f'edizzjonijiet suċċessivi, kienu msemmijin ukoll fl-introduzzjoni tal-ktieb stess:[3]
“ | Qgħedt lil ħuti subien li l-Ktieb ta' Mormon kien l-aktar korrett mill-kotba kollha fid-dinja u ċ-ċabetta tar-reliġjon tagħna, u li raġel jista' jasal viċin ta' Alla billi jobbdi l-preċetti tiegħU u mhux ta' kwalunkwe ktieb ieħor. | ” |
Il-Ktieb ta' Mormon hu kollezzjoni ta' ħmistax-il ktieb, imsemmijin wara l-awtur prinċipali tagħhom, il-profeta Mormon, missier Moroni (l-istess li deher lil Joseph Smith), li fis-seklu 5 kien se jagħmel sommarju tal-kitbiet ta' dawn il-profeti fejn kitibhom fuq karti jew twavel tad-deheb. Minkejja li l-Ktieb ta' Mormon hu kkunsidrat li nkiteb ħafna sekli ilu, il-Mormoni jsostnu li dan ġie għad-dawl fiż-żminijiet kurrenti għall-abitanti tal-lum il-ġurnata.
Fil-Ktieb ta' Mormon hemm rakkuntat l-avvenimenti ta' ċiviltajiet li wara żviluppaw fil-kontinent Amerikan minn migrazzjonijiet mil-Lvant Nofsani.
Skont il-Ktieb ta' Mormon stess, Mormon u t-tifel tiegħu Moroni kitbu fuq it-twavel tad-deheb l-istorja tal-poplu tagħhom, fejn ġabruha minn erba' annali diversi fi twavel tal-metall:[4]
Kotba tal-Ktieb ta' Mormon |
|
N. | Titlu | Kronoloġija possibbli ta' l-avvenimenti rakkunatati |
Kapitli | Abbrevjazzjonijiet |
---|---|---|---|---|
I | L-Ewwel Ktieb ta' Nefi | Mis-600 q.K. sal-588-570 q.K. |
22 | "1 Nefi" u "1 Ne." |
II | It-Tieni Ktieb ta' Nefi | Mill-588–570 q.K. sa 559–545 q.K. |
33 | "2 Nefi" u "2 Ne." |
III | Il-Ktieb ta' Ġakobb | Mill-544–421 q.K. sal-544–421 q.K. |
7 | "Ġakobb" u "Ġak." |
IV | Il-Ktieb ta' Enos | 420 q.K. | 1 | "Enos" |
V | Il-Ktieb ta' Ġarom | Mit-399 q.K. sat-361 q.K. |
1 | "Ġarom" u "Ġar." |
VI | Il-Ktieb ta' Omni | Mit-323 q.K. sal-130 q.K. |
1 | "Omni" |
VII | Il-Kliem ta' Mormon | Mit-385 q.K. | 1 | "KtM" |
VIII | Il-Ktieb ta' Mosia | Mill-130–124 q.K. sat-92–91 q.K. |
29 | "Mosia" u "Mos." |
IX | Il-Ktieb ta' Alma | Mill-91–88 q.K. sas-56–52 q.K. |
63 | "Alma" |
X | Il-Ktieb ta' Elaman | Mit-52–50 q.K. sas-6–1 q.K. |
16 | "Elaman" u "Ela." |
XI | Il-Tielet Nefi | Mill-1–4 w.K. sal-34–35 w.K. |
30 | "Tielet Nefi" u "3 Ne." |
XII | Ir-Raba' Nefi | Mill-35 w.K. sat-321 w.K. |
1 | "Raba' Nefi" u "4 Ne." |
XIII | Il-Ktieb ta' Mormon | Mit-321–326 w.K. sal-401–421 w.K. |
9 | "Mormon" u "Morm." |
XIV | Il-Ktieb ta' Etera | 15 | "Etera" u "Ete." | |
XV | Il-Ktieb ta' Moroni | 401–421 w.K. | 10 | "Moroni" u "Moro." |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.