Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huma Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO magħmul minn ġabra ta' 11-il raħal kbir bi spa (jiġifieri ċentru termali) f'seba' pajjiżi Ewropej.[1] Dawn ġew żviluppati madwar fawwara tal-ilma naturali.[2] Mill-bidu tas-seklu 18 sas-snin 30 tas-seklu 20, il-Punent tal-Ewropa esperjenza żieda fil-kultura tal-ispas, u din wasslet għall-kostruzzjoni ta' ċentri termali elaborati. Dawn spiss kienu jinkludu ġonna, casinos, teatri u vilel madwar il-fawwara u ċ-ċentri termali.[1][3]
Il-belt ta' Bath fir-Renju Unit kienet oriġinarjament tniżżlet fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO diġà fl-1987 iżda fuq kriterji oħra (il-kriterji (i), (ii) u (iv)) marbuta iktar mal-aspetti storiċi u arkitettoniċi tar-raħal.[4][5]
L-isforzi biex l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bdew fl-2012, u n-nomina tressqet fl-2019.[6] Fl-24 ta' Lulju 2021, l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa ġew iddeżinjati uffiċjalment bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Ritratt | ID | Pajjiż | Raħal |
---|---|---|---|
1613-001 | Awstrija | Baden bei Wien | |
1613-002 | Belġju | Spa | |
1613-003 | Ċekja | Františkovy Lázně | |
1613-004 | Karlovy Vary | ||
1613-005 | Mariánské Lázně | ||
1613-006 | Franza | Vichy | |
1613-007 | Ġermanja | Bad Ems | |
1613-008 | Baden-Baden | ||
1613-009 | Bad Kissingen | ||
1613-010 | Italja | Montecatini Terme | |
1613-011 | Renju Unit | Bath |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.