Kunya-Urgench
belt u sit arkeoloġiku fit-Turkmenistan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Kunya-Urgench (bit-Turkmen: Köneürgenç / Көнеүргенч; bil-Persjan: کهنه گرگانج, Kuhna Gurgānj, litteralment "Gurgānj Antika"), magħrufa wkoll bħala Urgench Antika, Urganj jew Konye-Urgench, hija belt ta' madwar 30,000 ruħ fit-Tramuntana tat-Turkmenistan, kemm kemm fin-Nofsinhar tal-fruntiera mal-Użbekistan. Hija wkoll is-sit fejn kienet ġiet stabbilita l-belt antika ta' Gurgānj, fejn hemm il-fdalijiet tal-belt kapitali ta' Khwarazm. L-abitanti tal-belt abbandunawha fil-bidu tas-seklu 18 sabiex jiżviluppaw insedjament ġdid, u Kunya-Urgench baqgħet mhux mimsusa minn dak iż-żmien. Fl-2005, il-fdalijiet ta' Urgench Antika tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Quick Facts Amministrazzjoni, Isem uffiċjali ...
Kunya-Urgench | |
---|---|
Turkmenistan | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Turkmenistan |
Region of Turkmenistan | Daşoguz Region (en) |
Isem uffiċjali | Köneürgenç |
Ismijiet oriġinali | Köneürgenç |
Ġeografija | |
Koordinati | 42.3167°N 59.1586°E / 42.3167; 59.1586 |
Demografija | |
Popolazzjoni | 36,754 abitanti |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+5 |
Close