From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Kuruna tal-Avvent hi tradizzjoni Nisranija li tissimbolizza l-Avvent.
Il-kuruna tal-Avvent ivvintaha l-qassis Luteran Johann Heinrich Wichern (1808-1884). Dan kien edukatur u teologu f'Hamburg li waqqaf il- Missjoni interjuri tal-Ġermanja. Din l-istituzzjoni kienet tiġbor it-tfal fqar ħafna fir-Rauhe Haus ħdejn Hamburg, razzett qadim u kien jieħu ħsibhom. Billi, matul iż-żmien tal-Avvent, kienu kuljum jistaqsuh meta ġej il-Milied, fl-1839 għamel kuruna tal-injam, b'għoxrin xemgħa żgħar ħomor u erba' xemgħat kbar bojod. Kull filgħodu kienu jixegħlu xemgħa żgħira u kull Ħadd tal-Avvent xemgħa kbira. Daż-żmien il-kuruna jkollha erba' xemgħat kbar biss.
Mill-1860, is-sena li twieldet uffċjalment il-Kuruna tal-Avvent kienet tkun magħmula mill-friegħi tas-sapin; mill-bidu tas-seklu 20 fil-Ġermanja saret tradizzjoni tal-Milied. F'Alsace, dehret bejn iż-żewħ gwerer dinjija, introdotta mll-movimente ta-żgħażagħ protestanti[1]. L-Awstrija id-drawwa daħlet biss fl-1945.
Din id-rawaa Ġermaniża infirxet ma' ħafna pajjiżi. F'xi knejjes tar-rit ortodoss insibu l-kuruna b'sitt xemgħat, billi l-Avvent idum iżjed f'dan ir-rit[2].
Hemm interpretazzjonijiet differenti tas-simboliżmu tal-kuruna tal-Avvent. Iċ-ċirku jissimbolizza l-eternità mogħtija mir-riżurrezzjoni ta' Kristu, l-aħdar jissimbolizza l-ħajja, ix-xema' jissimbolizzaw id-dawl li jiddi fuq id-dinja fil-lejl tal-Milied.
Bħal fil-każ tal-kuruna, hemm bosta interpretazzjonijiet tas-simboliħmu tax-xema'.
L-iżjed komuni li kull xemgħa tirrappreżenta wieħed mill-istadji tas-salvazzjoni tad-dinja[3] :
Possibbiltà oħra hi l-paċi u t-tliet virtujiet teologali (il-fidi, it-tama u l-imħabba).
Skont ir-rit Kattoliku, il-kuruna tal-Avvent titbierek. Tradizzjonalment ix-xema' jinxtegħlu bil-kontra tal-arloġġ. Jekk fit-tieni Ħadd wieħed jixgħel ix-xemgħa faċċata tal-ewwel dan jitqis bħala żball. Fit-tradizzjoni Kattolika, tliet xemgħat jkunu vjola u waħda roża; dawn jaqblu mal-kuluri liturġiċi tal-Ħdud li fihom jinxtegħlu. Kultant ikun hemm xemgħa bajda f'nofs il-kuruna u din tinxtegħel fil-jum tal-Milied. L-ispjegazzjoni liturġika tal-kuluri tenfasizza li dawn l-erba' ġimgħat huma perjodu ta' penitenza li fih nistennew id-dawl indikat mix-xemgħa bajda.[4].
Il-kuruna tal-Avvent, jew iżjed eżatt l-erba' xemgħat, jirrappreżentaw l-erba' ġimgħat qabel il-Milied.
Ix-xema' jinxtegħlu fl-erba' Ħdud qabel il-Milied. Tradizzjonalment ix-xema' jkunu ħomor u ħoxnin. L-ewwel Ħadd tinxtegħel xemagħa waħda; it-tieni Ħadd l-ewwel xemgħa u oħra (jiġifieri tnejn); it-tielet Ħadd iż-żewġ xemgħat ta' qabel u oħra ġdida (jiġifieri tlieta); ir-raba' Ħadd it-tliet xemgħat ta' qabel u dik tal-aħħar (jiġifieri erba').
Id-diffikultà allura hi li waħda mix-xema' trid iddum tixgħel erba' ġimgħat, waħda tliet ġimgħat, waħda ġimgħatejn u waħda ġimgħa. Però jistgħu jinbidlu biex kull Ħadd jibqgħu bejn wieħed u ieħor daqs xulxin.[5].
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.