Liebru Ewropew
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Liebru Ewropew jissejjaħ b' ħafna ismijiet komuni fosthom, Liebru kannella ta' l-Ewropa, Liebru komuni u Fenek ħmar tal-Lvant. Xjentifikament magħruf bħala Lepus europaeus u huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinenti tal-Ewropa u l-Asja.
Liebru Ewropew | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Leporidae |
Ġeneru | Lepus |
speċi | Lepus europaeus Pallas, 1778
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Tqala | 42 ġurnata |
Il-Liebru Ewropew huwa mammiferu ta' ħeffa kbira u kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa. Dan jikber bejn 50 u 70 ċentimetru eskluż id-denb li ġeneralment ikun bejn 7 u 11-il ċentimetru ieħor u l-piż ta' liebru adult jista jvarja minn sottospeċi għal oħra bejn 2.5 u 6.5 kilogrammi.
Għalkemm normalment il-Liebru Ewropew Lepus europaeus huwa mammiferu ta' natura mistħijja u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, dan jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa, fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġieba hija xejn aktar ħlief kompetizjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' ferneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irriżulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru jew li għadhom mhumiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni tal-irġiel.
Il-Liebru Ewropew, ma jgħixx bħall-biċċa l-kbira tal-fniek f'bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmula minn ħofra baxxa magħrufa bħala "il-forma" jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din mhijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezzjoni fiżika billi jitwieldu miksijin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom.