Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kenja
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Kenja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kenja rratifikat il-Konvenzjoni fil-5 ta' Ġunju 1991, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Kenja kienu l-Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana u l-Park Nazzjonali/Foresta Naturali tal-Muntanja tal-Kenja fl-1997. Mill-2018, il-Kenja b'kollox għandha seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, erba' kulturali u tlieta naturali.