Liverpool FC
From Wikipedia, the free encyclopedia
Liverpool Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż, ibbażat f'Liverpool, Merseyside, u li jilgħab fil-Premier League. Wieħed mill-aqwa timijiet fl-istorja tal-futbol Ingliż, huma rebħu, flimkien ma' Manchester United, total ta' tmintax-il kampjonat, seba' FA Cups u rekord ta' seba' League Cups. Fuq il-kamp Ewropew, Liverpool rebħu ħames Champions Leagues u tliet Tazzi UEFA.
Isem sħiħ | Liverpool Football Club | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | The Reds | |||
Fundazzjoni | 15 ta' Marzu, 1892 | |||
Grawnd | Anfield, Liverpool | |||
Proprjetarju |
Fenway Sports Group (en) ![]() | |||
President |
![]() | |||
Kowċ |
![]() | |||
Kampjonat | Premier League | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Liverpool ilhom jilagħbu f'Anfield mill-bidu tagħhom fl-1892, u ġie ammess fil-Football League sena wara. Il-partitarji tal-klabb kienu involuti f'żewġ traġedji kbar. L-ewwel kienet id-diżastru ta' Heysel Stadium fl-1985, li wassal għall-mewt ta' 39 partitarju ta' Juventus. Fl-1989, seħħet l-istraġi ta' Hillsborough, fejn rat il-mewt ta' 96 partitarju ta' Liverpool.
Liverpool għandhom rivalità kbira mat-tim ta' Everton, minħabba li dawn iż-żewġ klabbs huma mill-istess belt. Il-partita bejn dawn it-tnejn tkun waħda mistennija u tissejjaħ id-derby ta' Merseyside. Rivalità oħra kbira hi dik ma' Manchester United minħabba dawn it-tnejn huma l-aktar żewġ timijiet b'suċċessi fl-Ingilterra.