Premier League
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Premier League (magħruf uffiċjalment bħala l-Barclays Premier League għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) huwa kampjonat professjonali għall-klabbs tal-futbol li jinsabu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Hu fost l-iktar kampjonati sportivi segwiti fid-dinja u l-iktar kampjonat bi profitt.
- Għal użi oħra, ara Premier League (diżambigwazzjoni)
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Premier League 2013–14 | |
Premier League | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 20 ta' Frar 1992 |
Nru. ta' timijiet | 20 |
Reġjun | Ingilterra |
Ċampjin attwali | Manchester United (2012–13) |
L-aktar rebħiet | Manchester United (13-il titlu) |
Sit elettroniku | www.premierleague.com |
Il-kompetizzjoni ġiet fundata bħala FA Premier League fl-20 ta' Frar 1992 u l-ewwel sett ta' logħob intlagħbu fil-15 ta' Awwissu ta' dik l-istess sena, wara d-deċiżjoni mill-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni biex jinfirdu mill-Football League u b'hekk jieħdu vantaġġ ta' drittijiet televiżivi; il-Football League kien serva bħala l-ewwel kompetizzjoni tal-futbol tal-Ingilterra u ta' Wales mill-1888. Minn dakinhar 'l hawn, il-Premier League sar l-aktar kampjonat sportiv segwit,[1] fejn jiġi mxandar f'212-il territorju lil 643 miljun dar u udjenza li tlaħħaq mal-4.7 biljun ruħ.[2] Il-Premier League huwa klassifikat fit-tieni post fil-koeffiċjenti tal-UEFA bbażat skont il-prestazzjonijiet tal-klabbs Ingliżi f'kompetizzjonijiet Ewropej fl-aħħar ħames snin.[3]
Mill-1888, total ta' 23 klabb ġie nkurunat ċampjin Ingliż. Mill-45 klabb li ikkompetew mill-bidu tal-Premier League fl-1992, ħamsa rebħu t-titlu: Manchester United (13), Arsenal (3), Chelsea (3), Blackburn Rovers (1) u Manchester City. Iċ-ċampjin attwali tal-Premier League huma Manchester United li rebħu t-titlu għall-istaġun 2012–13.