From Wikipedia, the free encyclopedia
Martin Heidegger (twieled fis-26 ta' Settembru 1889 – miet fis-26 ta' Mejju 1976) kien filosfu influwenti Ġermaniż. L-iktar xogħol magħruf tiegħu, Essri u Żmien, hu ġeneralment meqjus fost l-iktar xogħlijiet filosofiċi importanti tas-seklu 20. Heidegger jibqa' karattru kontroversjali minħabba l-involviment tiegħu man-Naziżmu.
Martin Heidegger | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Messkirch (en) , 26 Settembru 1889 |
Nazzjonalità |
Repubblika ta' Weimar Ġermanja Nazista Ġermanja tal-Punent |
Mewt | Freiburg im Breisgau, 26 Mejju 1976 |
Post tad-dfin | Messkirch (en) |
Kawża tal-mewt | (infectious disease (en) ) |
Familja | |
Konjuga/i | Elfride Heidegger (en) |
Ulied | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta’ Freiburg : teoloġija, il-filosofija Università ta’ Freiburg 1916) PhD fil-filosofija : il-filosofija |
Livell tal-edukazzjoni | dottorat |
Direttur tat-teżi | Heinrich Rickert (en) |
Studenti dottorali |
Hans Jonas (en) Herbert Marcuse (en) Victor Farías (en) Jacob Klein (en) Walter Bröcker (en) Hans-Georg Gadamer (en) Fernando Huidobro (en) |
Lingwi | Ġermaniż |
Għalliema |
Edmund Husserl (en) Heinrich Rickert (en) Carl Braig (en) |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
filosofu poeta għalliem fl-università disinjatur tal-għamara |
Post tax-xogħol |
Marburg Freiburg im Breisgau |
Impjegaturi |
Università ta’ Freiburg (1915 - 1923) Università ta' Marburg (1923 - 1928) Università ta’ Freiburg (1928 - 1958) |
Xogħlijiet importanti |
Being and Time (en) Letter on Humanism (en) Introduction to Metaphysics (en) Black Notebooks (en) |
Nominat għal |
uri
|
Influwenzat minn |
Edmund Husserl (en) Friedrich Nietzsche Søren Kierkegaard Heraclitus (en) Anaximander (en) Parmenides (en) Aristotile Platun Tumas t'Akwinu Duns Scotus (en) Immanuel Kant Franz Brentano (en) Wilhelm Dilthey (en) |
Sħubija |
Akkademja għax-Xjenzi u l-Arti ta’ Heidelberg Akkademja Bavarjana tal-Belle Arti |
Moviment | Conservative Revolution (en) |
Servizz militari | |
Iġġieldu | L-Ewwel Gwerra Dinjija |
Heidegger sostna li l-filosofija tal-Punent, sa minn żmien Platun, ma fehmitx l-essri, u kellha tendenza li tindirizza l-mistoqsija tal-essri f'termini singolari, jiġifieri xi jfisser li xi ħaġa tkun, flok xi jfisser l-essri nnifsu.
Heidegger kien jemmen li l-istudji kollha li saru fuq l-essri ffukaw fuq entitajiet partikulari u l-karattri tagħhom, jew minflok ittrattaw l-essri nnifsu bħala entità, jew sustanza b'karattru. Heidegger għalhekk issuġġerixxa li l-metodu filosofiku għandu jiġġedded, permezz ta' proċess li jeżamina l-istorja tal-filosofija nfisha.
Heidegger sostna li dan in-nuqqas ta' fehma, sa minn żmien Platun, ħalla l-marka tiegħu fuq kull stadju tal-filosofija tal-Punent. Dak kollu li nifhmu, mill-mod kif nitkellmu sal-idea tas-"sens komun", hu sensibbli għal żbalji minħabba żbalji fundamentali dwar in-natura tal-essri. Dawn l-iżbalji joħorġu fit-termini li ntużaw fl-istorja tal-filosofija — ir-realtà, il-loġika, Alla, l-għarfien, il-preżenza, eċċ. Lejn l-aħħar tal-filosofija tiegħu, Heidegger argumenta li dan jaffettwa b'mod profond il-mod kif il-bniedem jidentifika ruħu mat-teknoloġija moderna.
Ix-xogħol ta' Heidegger kien influwenti ħafna fuq il-filosofija, it-teoloġija, u l-umanitajiet. Fil-filosofija, ix-xogħol ta' Heidegger kien kruċjali fl-iżvilupp tal-eżistenzjaliżmu, l-ermenewtika, id-dekostruzzjoni, il-postmoderniżmu, u l-filosofija kontinentali. Filosfi importanti bħal Karl Jaspers, Leo Strauss, Ahmad Fardid, Hans-Georg Gadamer, Jean-Paul Sartre, Emmanuel Lévinas, Hannah Arendt, Maurice Merleau-Ponty, Michel Foucault, Richard Rorty, u Jacques Derrida kollha analizzaw ix-xogħlijiet ta' Heidegger.
Heidegger jibqa' jissemma wkoll għall-appoġġ li wera għan-Naziżmu, u kien membru tal-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż (NSDAP) mill-1933 sa Mejju tal-1945.[1] Dawk li jappoġġjawh, b'mod speċjali Hannah Arendt, iħarsu lejn dan is-sostenn bħala żball personali, irrilevanti għall-filosofija tiegħu. Kritiċi bħall-eks studenti tiegħu Emmanuel Lévinas[2] u Karl Löwith[3] sostnew li l-appoġġ ta' Heidegger għan-Naziżmu kien immorali u jixhed żbalji fundamentali fil-ħsieb tiegħu.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.