From Wikipedia, the free encyclopedia
Mattia De Sciglio (Savona, 20 ta' Ottubru 1992) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala difensur ma' Juventus u mat-tim nazzjonali Taljan.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 20 ta' Ottubru 1992 Milan, Italja | ||
Tul | 1.82 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Juventus | ||
Numru | 2 | ||
Mixtliet | |||
2001–2002 | Cimiano | ||
2002–2012 | Milan | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2011–2017 | Milan | ||
2017– | Juventus | ||
2020–2021 | → Lyon (self) | ||
Tim nazzjonali | |||
2010–2011 | Italja U-17 | ||
2011–2012 | Italja U-19 | ||
2012– | Italja U-21 | ||
2013– | Italja |
Mattia De Sciglio beda jilgħab il-futbol mat-tim tal-parroċċa ta' Santa Chiara e San Francesco, qabel ma' fl-2001 issieħeb mat-tim lokali ta' Cimiano.[1] Is-sena ta' wara, ta' għaxar snin, ingħaqad mas-settur taż-żgħażagħ ta' Milan fejn qatta' disa' staġuni magħhom.[2]
Fil-bidu tal-istaġun 2011–12, De Sciglio ġie għall-ewwel darba inkluż fl-iskwadra tal-kbar mill-kowċ Massimiliano Allegri.[3] Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fit-28 Settembru 2011, bħala sostitut fil-logħba kontra Viktoria Plzeň, valida għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League li l-Milan rebħu 2–0.[4] L-ewwel darba tiegħu mal-ewwel ħdax kienet fid-dro ta' 2–2 kontra l-istess tim fis-6 ta' Diċembru.[5] Erba' xhur wara, eżattament fl-10 ta' April, De Sciglio lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-kampjonat fir-rebħa ta' 1–0 barra min darhom kontra Chievo.[6]
Għall-istaġun 2012–13 De Sciglio ingħata n-numbru tal-flokk bin-numbru 2, li hu stess stqarr li kien "importanti ħafna" hekk kif dan l-istess flokk intlibes "minn plejers kbar bħal Mauro Tassotti u Cafu".[7] Matul l-ewwel nofs tal-istaġun, De Sciglio sar regolari grazzi għas-serje ta' prestazzjonijiet konvinċenti.[8]
Wara diversi dehriet mat-timijiet nazzjonali ta' taħt id-19, l-20 u l-21 sena, il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-kbar, Cesare Prandelli, sejjaħ lil De Sciglio fost l-iskwadra għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra li kellha tintlagħab fil-15 ta' Awwissu 2012.[9] Madanakollu, f'din il-partita ma ġiex użat.[10]
De Sciglio għamel id-debutt internazzjonali fil-21 ta' Marzu 2013 kontra l-Brażil f'logħba ta' ħbiberija.
Mattia De Sciglio huwa difensur lemini iżda kapaċi jilgħab ukoll fuq ix-xellug u fiċ-ċentru. Alberigo Evani, eks-plejer ta' Milan, li kkowċjaħ matul l-istaġun 2007-08, iddeskriva lil De Sciglio bħala "[plejer] veloċi, b'teknika tajba" u "futboler versatili".[11]
Aġġornata sal-24 ta' Frar 2013.
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Ewropa | Oħrajn | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Milan | 2011–12 | 3 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 |
2012–13 | 15 | 0 | 1 | 0 | 5 | 0 | – | 21 | 0 | ||
Total | 18 | 0 | 1 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 26 | 0 |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.