Il-Petroglifiċi tal-Lag ta' Onega u l-Baħar Abjad huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Repubblika ta' Karelja, ir-Russja, li tniżżel fit-28 ta' Lulju 2021.[1] Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn 33 sit ta' petroglifiċi (tinqix fil-blat) miġbura f'żewġ gruppi.[2]

Thumb
Veduta tal-pajsaġġ tal-Petroglifiċi tal-Lag ta' Onega u tal-Baħar l-Abjad.

Storja

It-tinqix fuq il-blat sar bejn 7 sa 4 millenji ilu u jagħti ħjiel dwar il-ħajja tal-kulturi Neolitiċi tal-Fenno-Skandinavja.

Il-grupp tal-Lag ta' Onega, fid-Distrett ta' Pudozhsky, fih 22 sit bit-tinqix fuq il-blat b'iktar minn 1,200 figura. Fil-biċċa l-kbira huma figuri ta' għasafar, annimali, nofs bnedmin u nofs annimali, kif ukoll għamliet ġeometriċi li x'aktarx jirrappreżentaw il-Qamar u x-Xemx. Wieħed mill-iżjed siti magħrufa jinsab fil-Kap ta' Besov Nos.

Il-grupp tal-Baħar l-Abjad, fid-Distrett ta' Belomorsky, fih 11-il sit bit-tinqix fuq il-blat b'iktar minn 3,400 figura. Skont id-Delegazzjoni Permanenti tal-Federazzjoni Russa tal-UNESCO, dawn huma allinjati b'mod ċar lejn il-kaċċa u spiss juru l-kaċċatur innifsu. Barra minn hekk, juru wkoll xeni ta' dgħajjes tat-tbaħħir, kif ukoll għodod tal-kaċċa u tax-xogħol, u impronti tal-annimali u tal-bnedmin.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Petroglifiċi tal-Lag ta' Onega u l-Baħar Abjad ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Gallerija

Referenzi

Wikiwand in your browser!

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.

Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.