Pika
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Piki (singular "Pika") huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae (b' hekk jissejħu okotoni ukoll) li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liebri (jew kif jissejħu wkoll il-leporidi). L-ispeċijiet kollha ta' piki estanti qegħdin miġburin f'ġeneru 1 biss, il-ġeneru Ochotona.
Piki | |
---|---|
Pika Amerikana Ochotona princeps | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Ochotonidae Thomas, 1897 |
Ġeneru: | Ochotona Link, 1795 |
Sottoġeneri | |
Il-Piki jirreferu għalijhom bl-isem ta' fniek il-ġebel u magħrufa bħala liebri tas-suffara ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu. L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma "piika" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa "pikat'", li tfisser "twerżieqa".
Il-Piki huma nattivi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu). Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.Ochotona princeps u Ochotona collaris) huma asoċjali jew solitarji.
Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa. Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana. Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa.