Pitons
żewġ qċaċet vulkaniċi f'Saint Lucia / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Pitons huma żewġ qċaċet vulkaniċi li jinsabu f'Saint Lucia. Il-Gros Piton hija għolja 798.25 metru (2,618.9-il pied) u l-Petit Piton hija s-743 metru (2,438 pied); iż-żewġ pitons huma kkollegati permezz tal-katina muntanjuża tal-Piton Mitan. Il-Pitons huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO b'daqs ta' 2,909 ettari (7,190 akri), u jinsabu qrib ir-raħal ta' Soufrière.[1]