From Wikipedia, the free encyclopedia
Politiku jew kap politiku huwa individwu li huwa involut fl-influwenzar tal-politika pubblika, ta' kif soċjetà hi mmexxiha u fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan jinkludi nies li jkopru dawn ir-rwoli fil-gvern, u nies li jakkwistaw dawn il-pożizzjonijiet, kemm permezz ta' elezzjoni, kolp ta' stat, ħatra, frodi elettorali, konkwista, dritt ta' suċċessjoni, jew mezzi oħra.
Xi karigi politiċi huma:
Kandidat għal kwalunkwe minn dawn il-pożizzjonijiet huwa kkunsidrat bħala politiku.
Minkejja li storikament il-pożizzjoni ta' politiku kienet ikkunsidrata bħala professjoni ta' unur, illum il-ġurnata ħafna nies, anke f'pajjiżi demokratiċi, għandhom opinjoni negattiva dwar il-politiċi bħala klassi. Ħafna drabi jidhru bħala nies bla skrupli, li l-wegħdiet tagħhom qatt ma jseħħu. Xi drabi jiġu wkoll akkużati għal abbuż tal-fondi għal skopijiet personali u mhux għall-interess tal-pubbliku. Fil-fatt, każijiet ta' korruzzjoni fil-kamp politiku mhumiex rari.
F'numru ta' pajjiżi l-klassi politika hi komposta min-nies sinjuri, jew dawk li jiddependu mill-klassi s-sinjura tas-soċjetà sabiex jiġu eletti. Dan il-fatt mhuwiex ristrett għal partit politiku, sistema tal-gvern jew pajjiż partikulari; din hija problema diffuża fil-politika ta' ħafna mill-pajjiżi demokratiċi, u hi kkunsidrata minn ħafna bħala problema.
Kritika oħra għall-politiċi hi għal dawk li jissejjħu "politiċi professjonisti", politiċi li jużaw il-politika bħala sors ta' qliegħ u li jkollhom jaffaċjaw elezzjoni mill-ġdid wara ċertu snin huma inqas probabbli li jieħdu deċiżjonijiet kuraġġjużi jew jaqblu ma' abbozz li mhuwiex popolari.
Il-Wikizzjunarju għandu daħla li għandha x'taqsam ma': politiku |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.