Pont ta' Mehmed Paša Sokolović
pont storiku f'Višegrad, il-Bożnija-Ħerzegovina / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Pont ta' Mehmed Paša Sokolović (bis-Serbjan: Мост Мехмед-паше Соколовића, b'ittri Rumani: Most Mehmed-paše Sokolovića) huwa pont storiku f'Višegrad, li jaqsam ix-xmara Drina fil-Lvant tal-Bożnja-Ħerzegovina. Tlesta fl-1577 mill-arkitett tal-qorti tal-Imperu Ottoman Mimar Sinan skont l-ordni tal-Gran Viżier Mehmed Paša Sokolović.[1] Il-pont tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[2]