raħal fil-Jemen From Wikipedia, the free encyclopedia
Shibam (bl-Għarbi: شِبَام حَضْرَمَوْت, b'ittri Rumani: Shibām Ḥaḍramawt)[1][2] huwa raħal fil-Jemen. Il-popolazzjoni tar-raħal hija ta' madwar 7,000 abitant, u r-raħal huwa s-sede tad-Distrett ta' Shibam fil-Governorat ta' Hadramawt.[3] Ir-raħal huwa magħruf għall-binjiet għoljin tiegħu magħmulin bil-brikks tat-tajn, u huwa mlaqqam bħala l-"Manhattan tad-Deżert" (مَانْهَاتَن ٱلصَّحْرَاء) jew iċ-"Chicago tad-Deżert" (شِيْكَاغو ٱلصَّحْرَاء).[4][5] m
Shibam | |
---|---|
Jemen | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Jemen |
Governorate of Yemen | Governorat ta' Hadramawt |
District of Yemen | Distrett ta' Shibam |
Isem uffiċjali |
شبام Shibam |
Ismijiet oriġinali | شبام |
Ġeografija | |
Koordinati | 15.9269°N 48.6267°E |
Għoli | 683 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 13,316 abitanti (2004) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+3 |
L-ewwel kitba mnaqqxa magħrufa tar-raħal tmur lura għas-seklu 3 W.K. Kien ukoll il-belt kapitali tar-Renju ta' Hadramawt.
Fis-seklu 20, ir-raħal kien wieħed mit-tliet bliet ewlenin tas-Sultanat ta' Qu'aiti, flimkien ma' Al-Mukalla u Ash-Shihr.[6]
Ir-raħal tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[7]
Fl-2008 Shibam ġie mgħerreq minn ċiklun tropikali.[8]
Matul il-Gwerra Ċivili tal-Jemen, ir-raħal ġarrab xi ħsarat wara li l-insorġenti wettqu attakk b'karozza bomba.[9] Fl-inħawi seħħ ukoll bumbardament mill-koalizzjoni.[10][11] Fl-2015, l-UNESCO niżżlet ir-raħal bħala "wirt kulturali fil-periklu".
Ir-raħal jinsab fl-inħawi ċentrali u tal-Punent tal-Governorat ta' Hadramawt, fid-deżert ta' Ramlat al-Sab'atayn. It-triq prinċipali tikkollega lil Sana'a u lil bliet oħra fil-Punent tal-Jemen mat-territorji tal-Lvant imbiegħed. L-eqreb irħula huma Seiyun, is-sede ta' ajruport, u Tarim, it-tnejn li huma fil-Lvant. Triq oħra, li tibda mill-villaġġ ta' Alajlanya fil-Punent, tikkollega lil Shibam ma' Mukalla, il-belt kapitali tal-governorat, li tinsab mal-kosta tal-Oċean Indjan.
Shibam għandu klima sħuna tad-deżert (BWh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). B'temperatura medja ta' 28.0 grad Ċelsju (82.4 grad Fahrenheit), Ġunju huwa l-iktar xahar sħun tas-sena. Jannar huwa l-iżjed xahar kiesaħ, b'temperatura medja ta' 18.6 °C (65.5 °F).
Data klimatika għal Shibam | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 24.0
(75.2) |
25.3
(77.5) |
27.4
(81.3) |
29.5
(85.1) |
31.8
(89.2) |
33.4
(92.1) |
32.5
(90.5) |
31.8
(89.2) |
30.8
(87.4) |
29.0
(84.2) |
26.7
(80.1) |
25.3
(77.5) |
29.0
(84.1) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 18.6
(65.5) |
19.9
(67.8) |
22.1
(71.8) |
24.3
(75.7) |
26.7
(80.1) |
28.0
(82.4) |
27.5
(81.5) |
26.9
(80.4) |
26.0
(78.8) |
23.3
(73.9) |
20.8
(69.4) |
19.8
(67.6) |
23.7
(74.6) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 13.3
(55.9) |
14.6
(58.3) |
16.9
(62.4) |
19.2
(66.6) |
21.7
(71.1) |
22.7
(72.9) |
22.6
(72.7) |
22.1
(71.8) |
21.3
(70.3) |
17.6
(63.7) |
14.9
(58.8) |
14.3
(57.7) |
18.4
(65.2) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 8
(0.3) |
5
(0.2) |
17
(0.7) |
10
(0.4) |
3
(0.1) |
0
(0) |
3
(0.1) |
4
(0.2) |
1
(0.0) |
0
(0) |
5
(0.2) |
8
(0.3) |
64
(2.5) |
Sors: Climate-Data.org[12] |
Is-Sit ta' Wirt Dinji ta' Shibam huwa magħruf għall-arkitettura unika tiegħu. Id-djar kollha ta' Shibam huma magħmulin mill-brikks tat-tajn, u madwar 500 minnhom huma blokok b'għamla ta' torrijiet, għoljin bejn 5 sulari u 11-il sular, u kull sular fih kamra jew tnejn.[13][14] Dan l-istil arkitettoniku ntuża għall-ħarsien tar-residenti mill-attakki tal-Bedwini.[15] Filwaqt li huwa stmat li Shibam ilu jeżisti għal xi 1,700 sena, il-biċċa l-kbira tad-djar tar-raħal oriġinaw fis-seklu 16. Minkejja dan, bosta minnhom ġew rikostruwiti diversi drabi f'dawn l-aħħar ftit sekli.
Shibam spiss jissejjaħ bħala "l-eqdem raħal bl-iskyscrapers fid-dinja". Huwa wieħed mill-eqdem u l-aqwa eżempji ta' ppjanar urban ibbażat fuq il-prinċipju ta' kostruzzjoni vertikali. Ir-raħal fih uħud mill-ogħla binjiet tat-tajn fid-dinja, u wħud minnhom ilaħħqu għoli ta' iktar minn 30 metru (98 pied), b'hekk huma binjiet bikrin ta' appartamenti għoljin. [16]Sabiex il-binjiet jiġu protetti mix-xita u mill-erożjoni, il-ħitan minn żmien għal żmien trid issirilhom manutenzjoni b'saffi ġodda ta' tajn. Ir-raħal huwa mdawwar b'ħajt iffortifikat, u b'hekk huwa mlaqqam "ir-raħal iffortifikat ta' Shibam".
Il-binjiet tal-brikks tat-tajn spiss jiġu mhedda mir-riħ, mix-xita u mill-erożjoni bis-sħana, b'hekk jeħtieġu manutenzjoni kostanti sabiex l-istrutturi ma jċedux. Ir-raħal intlaqat mill-għargħar ikkawżat minn tempesta tropikali fl-2008.[17] Il-pedamenti ta' bosta mill-binjiet fir-raħal ġew kompromessi mill-għargħar, u eventwalment iġġarrfu.[18] Ir-raħal kien fil-mira wkoll ta' attakk tal-Al Qaeda fl-2009.[19][20]
Fl-2015, Shibam iddaħħal fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu meta faqqgħet gwerra ċivili vjolenti fil-Jemen. Il-binjiet storiċi ġarrbu ħsarat estensivi minn bumbardamenti qawwijin, u għadhom f'riskju minħabba l-kunflitt armat.[21][22]
Il-Villaġġ Globali ta' Dubai, kumpless fil-beraħ tax-xiri u tal-intratteniment fl-Emirati Għarab Magħquda, jinkludi paviljun tal-Jemen bi strutturi tal-brikks tat-tajn bil-ħsieb li jevoka l-arkitettura ta' Shibam.[23]
Ir-Raħal Antik Iffortifikat ta' Shibam ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[7]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[7]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.