Tibdil fil-klima
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-bidliet attwali fil-klima tal-pjaneta qed jittrasformaw id-dinja. L-aħħar żewġ deċennji inkludew 18 mill-aktar snin sħan iddokumentati, u avvenimenti ta' temp estrem, bħal nirien fil-foresti, mewġiet ta' sħana u għargħar, qed isiru aktar frekwenti kemm fl-Ewropa kif ukoll bnadi oħra. [1]
Ix-xjentisti jwissu li mingħajr azzjoni urġenti, it-tisħin globali x'aktarx ser jaqbeż iż-2°C aktar mil-livelli preindustrijali sal-2060, u saħansitra jista' jkun ukoll daqs 5°C sa tmiem is-seklu.
Tali żieda fit-temperatura globali ser ikollha impatt devastanti fuq in-natura, li jwassal għal bidliet irriversibbli f'ħafna ekosistemi bil-konsegwenza ta' telf ta' bijodiversità. Temperaturi ogħla u avvenimenti meteoroloġiċi aktar intensi ser jirriżultaw ukoll fi spejjeż kbar għall-ekonomija tal-UE u ser ixekklu l-kapaċità tal-pajjiżi li jipproduċu l-ikel.
It-tibdil fil-klima huwa sfida globali li teħtieġ rispons globali. L-UE hija determinata li tgħin biex iżżid l-ambizzjoni globali u qed tmexxi bl-eżempju.
L-UE hija waħda mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, li għandu l-għan li jillimita t-tisħin globali għal ferm inqas minn 2°C u li jkompli bl-isforzi biex jillimitah għal 1.5°C.
Il-pajjiżi tal-UE approvaw l-objettiv li tintlaħaq newtralità klimatika sal-2050, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi.