Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna
16-il knisja Ortodossa tal-injam fil-Polonja u fl-Ukrajna li huma Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna (bil-Pollakk: Drewniane cerkwie regionu karpackiego w Polsce i na Ukrainie; bl-Ukren: Дерев'яні церкви карпатського регіону Польщі і України, b'ittri Rumani: derev'yani tserkvy karpatsʹkoho rehionu Polʹshchi i Ukrayiny) huma grupp ta' 16-il knisja Ortodossa (uħud huma Kattoliċi tal-Lvant) tal-injam li jinsabu fir-reġjun tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna; hemm tmien tserkva f'kull pajjiż (bil-Pollak jissejħu cerkwie u bl-Ukren jissejħu Церква, zerkwa; jiġifieri "knejjes").[1][2]
Dawn il-knejjes tal-injam inbnew bejn is-seklu 16 u s-seklu 19 mill-komunitajiet Ortodossi u Kattoliċi Griegi lokali u għadhom jintużaw. It-tserkva huma xhieda ta' tradizzjoni distinta ta' kostruzzjoni ta' knejjes b'disinn ekkleżjastiku Ortodoss flimkien ma' elementi tat-tradizzjoni lokali u referenzi simboliċi għall-kożmonoġija tal-komunitajiet lokali.[1][2]