Urugwaj
stat sovran fl-Amerka t’Isfel / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Urugwaj ( ˈjʊərəɡwaɪ (għajnuna·info),[5] uffiċjalment ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj u xi kultant imsejjħa ir-Repubblika tal-Lvant tal-Urugwaj[6] (Spanjol:República Oriental del Uruguay), hi pajjiż fil-parti tax-xlokk tal-Amerika t'Isfel. Hija dar ta' 3.3 miljun persuni,[1] li 1.8 miljun minnhom jgħixu fil-kapital Montevideo u fiż-żona metropolitana. Stima ta' 88% tal-popolazzjoni hija ta' dixxendenza Ewropea. Bl-erja ta' madwar 176,000 kilometru kwadru, l-Urugwaj hija t-tieni l-iżgħar nazzjon fl-Amerika t'Isfel mill-erja, wara s-Surinam.
Repubblika Orjentali tal-Urugwaj República Oriental del Uruguay |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Libertad o Muerte" Libertà jew Mewt |
||||||
Innu nazzjonali: Himno Nacional de Uruguay Innu Nazzjonali tal-Urugwaj |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Montevideo 34°53′S 56°10′W | |||||
Lingwi uffiċjali | Spanjol | |||||
Gvern | Repubblika kostituzzjonali presidenzjali unitarja | |||||
- | President | Luis Lacalle Pou | ||||
- | Viċi President | Beatriz Argimón | ||||
Indipendenza mill-Imperu tal-Brażil | ||||||
- | Dikjarazzjoni | 25 ta' Awwissu 1825 | ||||
- | Rikonoxximent | 28 ta' Awwissu 1828 | ||||
- | Kostituzzjoni | 18 ta' Lulju 1830 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 176,215 km2 (91) 68,037 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.5 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 3,318,535[1] (133) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 3,286,314[2] | ||||
- | Densità | 18.65/km2 (196) 48.3/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2013 | |||||
- | Total | $56.338 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $16,607[3] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $55.412 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $16,334[3] | ||||
IŻU (2013) | 0.792[4] (għoli) (51) | |||||
Valuta | Peso tal-Urugwaj (UYU ) |
|||||
Żona tal-ħin | UYT (UTC-3) | |||||
Kodiċi telefoniku | +598 | |||||
TLD tal-internet | .uy |
Colonia del Sacramento, wieħed mill-eqdem insedjamenti Ewropej fil-pajjiż, twaqqaf mill-Portugiżi fl-1680. Montevideo twaqqfet mill-Ispanjoli fis-seklu 18 kmieni bħala fortizza militari. L-Urugwaj rebħet l-indipendenza tagħha bejn l-1811 u l-1828, wara ġlied ma' Spanja, Portugall, Arġentina u l-Brażil. Hija repubblika kostituzzjonali demokratika, bi President li huwa kemm kap ta' stat u kap tal-gvern.
L-Urugwaj huwa l-Pajjiż Terz bl-ogħla proporzjon ta' art agrikola bi 80.4% tal-art tal-pajjiż hija li tinħarat.