Aħmar
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
L-Aħmar hu wieħed mill-kuluri tal-ispettru li hu perċepit mill-għajn uman. Għandu frekwenza minuri u, konsegwentament, għandu tul tal-mewġa ikbar mill-kuluri l-oħra viżibbli (bejn 630 u 760 nanometri).
Hu wieħed mit-tliet kuluri primarji li miegħu jiżdiedu l-kuluri, fejn il-kulur komplementarju hu l-aħdar. Fil-passat kien ikkunsidrat ukoll bħala kulur primarju sottrattiv, waqt li l-kulur użat fl-istampar modern hu l-maġenta.
Fil-psikoloġija tal-kulur umana, l-aħmar hu assoċċjat mas-sħana, l-enerġija u d-demm, u emozzjonijiet li jaġitaw lid-demm, fosthom ir-rabja, il-passjoni, u l-imħabba.
Remove ads
Użu, simboliżmu u espressjoni verbali
- Bil-bidu tar-Rivoluzzjonijiet ta' l-1848, l-aħmar tas-"soċjalisti" kien użat fl-Ewropa mir-rivoluzzjonarji, ħafna drabi taħt forma ta' bandiera ħamra. Dan il-kulur kien użat ukoll bħala l-kulur tal-flokkijiet ta' l-armata ta' Giuseppe Garibaldi fi żmien ir-Risorgimento. Il-bandiera ħamra u sewda tissimbolizza l-anarkija.
- L-aħmar hu l-kulur li jindika s-sħana, per eżempju fil-mapep meteoroloġiċi.
- L-aħmar jattira l-ettenzjoni, u b'hekk jintuża' fis-sinjali ta' perikulu u biex juri l-emerġenzi
- Dan hu l-kulur tan-nar.
Remove ads
Idjomi Maltin
- Aħmar nar – oġġett hu aħmar ħafna, jixbah lin-nar.
- 'Ħammartli wiċċi - ġegħiltni nistħi.
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads