Albanija fil-Festival tal-Eurovision
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
L-Albanija ipparteċipat fil-Festival tal-Eurovision seba' darbiet, fejn iddebuttat fl-2004. L-aqwa pożizzjoni ġiet fis-sena debuttanti, fejn Anjeza Shahini kisbet is-seba' post bil-kanzunetta "The Image Of You". Minħabba li spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Albanija kellha post garantit fil-finali fejn Ledina Çelo interpretat "Tomorrow I Go". Ledina ma tantx kisbet riżultat tajjeb, fejn spiċċat fis-sittax-il post u b'hekk kellha tikkompeti fis-semi-finali.
La Luiz Ejlli u lanqas Frederik Ndoci ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mis-semifinali. Olta Boka, ir-rappreżentatriċi tal-Albanija fl-2008, irnexxielha takkwista l-ewwel finali wara assenza ta' sentejn.
Għall-Festival tal-Eurovision 2009, l-Albanija kienet l-ewwel pajjiż li għażlet kemm l-artist kif ukoll il-kanzunetta għal dan il-konkors. Ir-rebbieħ ġie magħżul mill-festival nazzjonali, Festivali I Këngës. Ir-rebbieħa kienet Kejsi Tola bil-kanzunetta "Më merr në ëndërr" (Ħudni fil-ħolm tiegħek), li ġiet komposta minn Edmond Zhulali u Agim Doçi, li t-tnejn li huma kkomponu l-kanzunetta tal-ewwel parteċipazzjoni tal-Albanija.[1] Il-kanzunetta tkantat bl-Ingliż bħala "Carry Me in Your Dreams". Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Albanija ikkwalifikaw għall-finali wara s-seba' post miksub fis-semifinali. Finalment, Kejsi Tola waslet sas-sbatax-il post b'48 punt.
Remove ads
Rappreżentanti
Remove ads
Votazzjoni


L-Albanija tat l-aktar punti lil:
L-Albanija irċiviet l-aktar punti minn:
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads