Antigwa u Barbuda
stat sovran fil-Karibew From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Antigua u Barbuda huma nazzjon ta' żewġ gżejjer fil-Karibew, speċifikament fit-tramuntana tal-Antilli ż-Żgħar, bejn il-baħar Karibew u l-oċean Atlantiku. Fil-punent tal-pajjiż hemm il-gżejjer Saint Kitts u Nevis, fil-majjistral hemm il-gżejjer Netherlandiżi Saba u Sint Eustatius, il-gżira Franċiża Saint Barthélemy, kif ukoll il-gżira maqsuma ta' Saint Martin, jew Sint Maarten, u fin-nofsinhar hemm il-gżejjer Franċiżi Montserrat u Guadeloupe.
Antigua u Barbuda huma iż-żewġ iżoli prinċipali, iżda hemm ħafna iktar gżejjer, il-maġġoranza madwar il-kosti, ħlief Redonda, gżira żgħira diżabitata xi 56 km fl-ilbiċ t' Antigua. Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta' 97 elf ruħ, b' 97% jgħixu fuq Antigua[1], fejn tista' tinsab il-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt Saint John's. Ir-raħal prinċipali ta' Barbuda huwa Codrington.
L-istorja ta' Antigua u Barbuda hija simili tal-pajjiżi l-oħra tal-Karibew; l-iktar evidenza arkeoloġika antika tgħid li xi gżejjer ilhom abitati mir-raba' millenju QK, u l-aħħar reżidenti indiġini kienu t-Taino u l-Kalinago. Fl-1493 ġiet skopreta Antigua minn Kristofru Kolombu, li semmiha għall-knisja Santa Maria la Antigua li tinsab f'Valladolid, sakem fl-1632 l-Ingliżi kkolonizzaw Antigua u fl-1678 Barbuda. Eventwalment Antigua u Barbuda kisbu l-indipendenza mir-Renju Unit flimkien fl-1981, iżda baqgħu membri fil-Commonwealth, li tfisser li Antigua u Barbuda huma monarkija konstituzzjonali bir-re Charles III tar-Renju Unit bħala l-kap tal-istat.
Il-lingwa uffiċjali hija l-Ingliż, iżda ħafna nies jitkellmu bil-Kreol Antiguo-Barbudjan, li xorta huwa bbażat fuq l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Protestanta.
Remove ads
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads