Bormla

From Wikipedia, the free encyclopedia

Bormla
Remove ads

Bormla, hi waħda mit-tlett ibliet li jinsabu wara s-swar doppji tal-Kottonera li jiċċirkondaw lill-Bormla, lill-Birgu u lill-Isla madwar il-Port il-Kbir. Bormla hi magħrufa wkoll bħala Cospicua, titlu li jindika kemm din il-belt kienet rikonoxxuta bħala belt importanti kemm fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kif ukoll fi żminijiet aktar riċenti. Kien il-Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari li fl-1722 ddikjara din il-belt bħala belt li tispikka u għalhekk iddikjaralha t-titlu ta' Città Cospicua.

Quick facts Amministrazzjoni, Isem uffiċjali ...

Bormla kienet l-aħħar belt mit-tlieta li hemm fil-Kottonera li żviluppat biss illum għandha l-ikbar popolazzjoni fosthom. Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera jduru l-aktar madwar din il-belt. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn dakinhar 'il quddiem xogħol l-abitanti ta' Bormla kien jiffoka l-aktar max-xogħol u mat-tiswija tal-bastimenti. Dan ix-xogħol sar aktar importanti għalihom meta fl-1848 l-Ingliżi bnew l-ewwel baċir, il-Baċir Nru 1. fil-parti ta' ġewwa magħrufa bħala, tad-Daħla tal-Franċiżi (Ing. French Creek). Kien l-aktar minħabba dan il-baċir li matul it-Tieni Gwerra Dinjija Bormla kienet fil-mira tal-attakki tal-ajru tal-Assi.

Il-popolazzjoni ta' Bormla hi ta' 4,780 (fl-aħħar tat-2024)[1] u hija l-iktar waħda ppopolata mit-Tlett Ibliet.[2] Il-festa ta' Bormla hi dik tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata fit-8 ta' Diċembru.[3][4]

Remove ads

Etimoloġija

L-oriġini tal-isem Bormla probabbilment ġej mill-isem Bur Mula: il-Bur (Ing. meadow) tal-Mulej.[5]

Postijiet ta' interess

  • Il-knisja parrokkjali ddedikata lil-Immakulata Kunċizzjoni.
  • Il-Knisja ta' Santa Tereża.
  • Bir Mula Heritage (dar antika li fiha hemm esebiti kwantità ta' oġġetti).
  • Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera.
  • L-ambjent madwar il-Baċir Nru 1, qrib Pjazza Gavino Gulija.
  • Ix-Xatt ta' Bormla li jibqa' tiela' lejn il-Birgu.
  • Id-daħla ddekorata fi stil Barokk ta' Santa Liena (bl-Ingliż: St. Helena's Gate; 1738).
  • Id-daħla ta' Verdala (ta' żmien l-Ordni) u l-Barrakki ta' Verdala (bl-Ingliż: Verdala Barracks; 1883).
  • It-toroq dojoq ta' madwar il-knisja parrokkjali u l-Oratorju u lil hinn minnhom.
  • Is-Suq ta' nhar ta' Tlieta.
  • Pjazza Santa Margarita.
Remove ads

Nies Magħrufa Bormliżi

Ħoloq esterni

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads