Cambridge Analytica

kumpanija ta' konsulenza Brittanika From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

Cambridge Analytica (CA) hija kumpanija ta' konsulenza Brittanika li tikkombina l-imminar (data mining), l-intermedjazzjoni u l-analiżi tad-data b'komunikazzjoni strateġika għall-kampanja elettorali.[1][2][3]

Storja

Fundazzjoni

Cambridge Analytica twaqqfet fl-2013 bil-kwartieri ġenerali f'Londra.[4][5] Il-fundaturi kienu Steve Bannon u Robert Mercer li investew 15-il mijun dollaru Amerikan.[6] Skont ir-rekords tal-UK Companies House, din il-kumpanija ġiet inkorporata fis-6 ta' Jannar 2015 bl-isem ta' SCL USA Limited, li aktar tard inbidel għal Cambridge Analytica (UK) Limited.

Attivitajiet

Thumb
Il-Kap Eżekuttiv ta' Cambridge Analytica, Alexander Nix, f'Novembru tal-2017

Fl-2014, CA kienet involuta f'44 kampanja elettorali politika Amerikani.[7] Fl-2015, ħadmet għall-kampanja presidenzjali ta' Ted Cruz bħala kumpanija ta' analiżi tad-data. Wara li l-kampanja ta' Cruz majnat, fl-2016 CA ħadmet fil-kampanja presidenzjali ta' Donald Trump u fuq il-kampanja tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropa, il-Brexit. Ir-rwol ta' CA f'dawn il-kampanji kien wieħed kontroversjali u huwa suġġett ta' investigazzjonijiet kriminali fiż-żewġ pajjiżi. L-esperti politiċi sfidaw l-affermazzjonijiet ta' CA fuq l-effettività tal-metodi tagħha li jimmiraw lill-votanti.[8]

Nhar is-17 ta' Marzu 2018, The New York Times u The Observer irrappurtaw fuq kif il-kampanja għamlet użu ta' informazzjoni personali ta' 50 miljun utent Amerikan miġbura minn Facebook, mingħajr permess, minn riċerkatur barrani li stqarr li kien ġabra din l-informazzjoni għal fini akkademiċi. B'risposta, Facebook issospendiet lil Cambridge Analytica talli naqset milli tħassar informazzjoni tal-utenti miksuba b'mod illiċitu.[9] Il-gazzetta The Guardian stqarret kif Facebook kienet taf diġà b'din il-vjolazzjoni ta' sigurtà minn sentejn qabel, imma m'għamlet xejn biex tipproteġi l-utenti tagħha.[10]

F'serje ta' vidjows pubblikati f'Marzu tal-2018 li saru b'kamera moħbija mingħajr l-għarfien tal-interlokuturi, urew lill-kap eżekuttiv Alexander Nix jiftaħar fuq l-użu ta' prostituti, korruzzjoni u metodi oħra sabiex jiġu skreditati membri tal-kamp oppost fuq liema kienet issir tfittxija u analiżi għall-kampanji elettorali. Nix iddikjara kif il-kumpanija "kienet tmexxi l-kampanja elettorali diġitali ta' Donald Trump", inkluża l-possibilità ta' attivitajiet illegali. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni tar-Renju Unit talab għal mandat biex issir tfittxija fuq is-servers tal-kumpanija.[11][12] Giovanni Buttarrelli, is-superviżur tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni Ewropea, iddeskriva dan l-avveniment ta' serq tad-data tal-utenti bħala "possibilment l-ikbar skandlu tas-seklu".[13]

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads