Japok

From Wikipedia, the free encyclopedia

Japok
Remove ads

Il-Japok jew l-Opossum tal-ilma, magħruf xjentifikament bħala Chironectes minimus, huwa mammiferu marsupjal l-uniku membru tal-ordni Chironectes, ikklassifikat fit-tribù Didelphini, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinenti Amerikani mifrux fin-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' fuq, fl-Amerika ċentrali u fit-Tramuntana tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel, b'xi popolazzjonijiet iżolati li jinsabu lejn ix-xlokk tal-istess kontinent.

Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...

Dan l-opossum huwa marsupjal li huwa addattat għall-ħajja semi-akwatika (addattat għal ħajja fuq l-art kif ukoll fl-ilma), huwa uniku fost il-marsupjali billi meta jħossu mhedded jaħrab fl-ilma, li huwa ambjent addattat ħafna għal din l-ispeċi.

Remove ads

Deskrizzjoni

Ġeneralment l-Opossum tal-ilma jkollu l-pil fin u folt, irħamat ta' lewn griż bl-iswed. Il-Japok adult jikber bejn 27 u 40 ċentimetru, id-denb li jkun ġeneralment ftit itwal mill-ġisem ikun minn 31 sa 43 ċentimetru.

Il-marsupju huwa partikolarità interessanti fil-fiżjoloġija tal-Japok. Dan huwa preżenti u ferm żviluppat kemm fil-mara kif ukoll fir-raġel. Fiż-żewġ sessi ukoll dan il-marsupju huwa mgħammar b'muskolu sabiex ikun jista' jingħalaq. Fil-mara,meta jingħalaq lanqas l-arja ma tgħaddi u b' hekk tkun tista' tinżel fl-ilma anke meta jkollha l-frieħ. Fir-raġel dan qiegħed hemm biex jipproteġi l-iskrotu ("scrotum") jonkella l-borża fejn ikun hemm it-testikoli u jingħalaq meta dan il-marsupjal ikun qiegħed jiġri jew meta jkun qiegħed taħt l-ilma, għelkemm dan mhuwiex b'saħħtu daqs tal-mara.

Remove ads

Dieta

L-Opossum tal-ilma huwa annimal karnivoru speċjalizzat b'dieta pixxivora, dieta li tikkonsisti prinċipalment minn ħut, gambli u krustaċi tal-ilma ħelu (li dan jaqbad bl-idejn sensittivi tiegħu), għalkemm żrinġijiet, frott u possibilment xi ħaxix tal-ilma, huma inklużi fid-dieta ukoll.

Distribuzzjoni

Chironectes minimus għalkemm għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi huwa marsupjal ikklassifikat bħala mhux komuni jew rari u jiddependi ħafna fuq l-ambjent tax-xmajjar, tal-għadajjar u artijiet misgħtadra ("wetlands"). Il-firxa tal-Japok tibda mill-Messiku fil-kontinent tal-Amerika ta' fuq sa fil-Grigal tal-Arġentina u fix-Xlokk tal-Brażil fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dan il-marsupjal huwa preżenti fl-Arġentina, fil-Beliże, fil-Bolivja, fil-Brażil, fl-Ekwador, f'El salvador, fil-Gujana, fil-Gujana Franċiża, fil-Gwatemala, fil-Messiku, fin-Nikaragwa, fil-Kolombja, fil-Kosta Rika, fil-Ħonduras, f'Panama, fil-Paragwaj, fil-Peru, fis-Surinam u fil-Venezwela.

Riproduzzjoni

L-Opossum tal-ilma huwa kapaċi jirriproduċi kemm il-darba fis-sena, biss fil-Brażil huwa rrapurtat li ħafna drabi t-twelid isir f' Diċembru u f'Jannar għalkemm xi uħud minn nisa nstabu bil-frieħ żgħar tat-twelid fi Frar ukoll. L-imġiba qabel it-tgħammir tinkludi għaqda akbar jew aktar fil-qrib bejn ir-raġel u l-mara. Ir-raġel jibda jdur madwar il-mara u jiġri warajha l-ħin kollu u l-kuntatt orali mal-ġenitali ġie osservat ta' sikwit.

Il-boton ġeneralment ikun magħmul minn 1 sa ħamest ifrieħ, ta' 22 ġurnata wara t-twelid jisponta l-ewwel pil, ta' 28 ġurnata toħroġ il-pigmentazzjoni (kulur fil-ġilda) u ta' 34 ġurnata jibdew jidhru il-faxxex fil-pil, tipiċi ta' din l-ispeċi. L-għajnejn jinfetħu ta' 38 ġurnata u ta' 40 ġurnata l-frieħ ikunu kbar wisq għall-marsupju tal-omm u filwaqt li rashom tibqa' dieħla ġewwa ġisimhom tibda ħierġa parti minnu 'l barra. Ħalqhom jinqala' minn mal-beżżula ta' madwar 48 ġurnata, għalkemm xorta waħda jibqgħu jerdgħu l-ħalib, jorqdu ħdejn ommhom fil-bejta u xi kultant jaqbdu ma' dahra.

Remove ads

Klassifikazzjoni

Referenzi

  • Marshall, Larry G. (1978). Mammalian Species No. 109, American Society of Mammalogists, pp 1-6.
  • Nowak, Ronald M. and Paradiso, John L. (1983). Walker's Mammals of the World Vol.1, 4th edition, The Johns Hopkins University Press, Baltimore and London.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
  • The Paleobiology Database.
Remove ads

Ħoloq/Linkijiet Esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads