Daniel Bernoulli

From Wikipedia, the free encyclopedia

Daniel Bernoulli
Remove ads

Daniel Bernoulli (twieled fit-8 ta' Frar 1700 – miet fit-8 ta' Marzu 1782) kien matematiku Olandiż-Żvizzeru u wieħed mill-ħafna matematiċi prominenti fil-familja Bernoulli. Hu miftakar l-iżjed għall-applikazzjonijiet tal-matematika għall-mekkanika, speċjalment il-mekkanika tal-fluwidi, u għal xogħol pijunier tiegħu fil-probabbiltà u l-statistika. Xogħol Bernoulli għadu studjat serjament f'ħafna istitutuzzjonijiet xjentifiċi madwar id-dinja.

Quick Facts rector of the University of Basel (en), Ħajja ...
Remove ads

Ħajja bikrija

Thumb
Frontispizju dritt ta' Hydrodynamica(1738)

Bernoulli twieled Groningen fil-Pajjiżi l-Baxxi għand familja ta' matematiċi famużi[1]. Kien bin Johann Bernoulli (wieħed minn ta' l-ewwel li żviluppaw il-kalkulu)[1], in-neputi ta' Jakob Bernoulli (li kien l-ewwel li skopra t-teorija tal-Probabbiltà[1]) u ħu Johann II il-kbir. Jgħidu li Daniel Bernoulli ma' kienx jaqbel ma' missieru. Meta t-tnejn daħlu u kkompetew għall-ewwel post f'kompetizzjoni xjentifika fil-Università ta' Pariġi, Johann, ma setax iġerragħha li kien qiegħed jiġi mqabbel ma' ibnu Daniel bħala wieħed daqsu, u keċċa 'l Daniel minn daru. Barra minn hekk Johann Bernoulli pplaġja ideat fundamentali mill-ktieb ta' Daniel Hydrodynamica fil-ktieb tiegħu Hydraulica li għamillu data qabel minn Hydrodynamica. Minkejja li Daniel ipprova jagħmel rikonċiljazzjoni ma' missieru baqgħu miġġildin sa' mewtu[2].

Meta Daniel kellu għaxar snin twieled ħuh Johann II Bernoulli. Meta beda l-iskola, missieru, Johann Bernoulli, ħeġġu biex jistudja n-negozju, għax ma kienx hemm flus fil-matematika. Madankollu, Daniel irrifjuta, għax ried jistudja l-matematika imma aktar tard ċeda għax-xewqat ta' missieru u beda jistudja n-negozju. Missieru imbagħad riedu jistudja l-mediċina, u Daniel aċċetta bil-kundizzjoni li missieru jgħallmu l-matematika privatament u komplew jagħmlu dan għal xi żmien[2].

Kien ħabib tal-qalb ta' Leonhard Euler. Fl-1724 mar San Pietruburgu bħala professur tal-matematika, iżda ma kienx kuntent hemm, u marda qasira fl-1733 tagħtu skuża biex jitlaq[2]. Mar lura l-Università ta' Basel, fejn kellu l-katedri tal-mediċina, il-metafiżika u filosofija naturali waħda wara l-oħra sa mewtu[3].

F'Mejju tal-1750 ġie elett Fellow of the Royal Society ta' Londra[4].

Remove ads

Xogħol matematiku

L-ewwel xogħol matematiku tiegħu l-Exercitationes (Eżerċizzji matematiċi) ġie ppubblikat fl-1724. Sentejn wara, wera għall-ewwel darba kemm hi spiss utli li mozzjoni komposta tinqasam f'mozzjoni ta' trażlazzjoni u mozzjoni ta' rotazzjoni. Ix-xogħol ewlieni tiegħu hu Hydrodynamique (Hydrodynamica), ippubblikat fl-1738. Dan jixbah il-Mécanique Analytique ta' Joseph Louis Lagrange fis-sens li hu mqassam b'mod li r-riżultati kollha joħorġu minn prinċipju wieħed, il-konservazzjoni tal-enerġija. Warajh ħareġ monografija fuq it-teorija tal-frugħ u l-mili tal-baħar, li għalih rebaħ premju tal-Akkademja Franċiża, li qasam ma' Euler u Colin Maclaurin għall-monografiji tagħhom. Dawn it-tliet momografiji fihom dak kollu li kien sar fuq dan is-suġġett bejn il-pubblikazzjoni ta' Philosophiae Naturalis Principia Mathematica ta' Isaac Newton u r-riċerki ta' Pierre-Simon Laplace. Bernoulli kiteb ukoll numru kbir ta' artikli dwar kwistjonijiet mekkaniċi varji, speċjalment dwar il-problemi konnessi mal-vibrazzjoni ta' korda u s-soluzzjonijiet li kienu taw Brook Taylor u Jean le Rond d'Alembert[5].

Remove ads

Statistika

Fl-1738, Daniel Bernoulli kien ukoll l-awtur ta' Specimen theoriae novae de mensura sortis (Spjegazzjoni ta' teorija ġdida dwar il-kalkulu tar-riskju> ),[6] fejn għamel il-paradoss ta' San Pietruburgu l-bażi tat-teorija ekonomika tal-avversjoni għar-riskju, premju għar-riskju u l-utilità[7].

Wieħed mill-ewwel attentati fl-analiżi tal-problema statistika madwar iċ-ċensura statistika kien l-analiżi tad-data tal-morbożità u tal-mortalità tal-ġidri li għamel Bernouilli fl-1766 biex juri l-effikaċja tat-tilqim[8].

Fiżika

Kien l-ewwel xjenzjat li pprova jifformula teorija ċinetika tal-gassijiet, u applika l-idea biex jispjega l-liġi ta' Boyle[5].

Ħadem ma' Euler fuq l-elastiċità u l-iżvilupp tal-ekwazzjoni ta' travu ta' Euler Bernoulli[9]. Il-prinċipju ta' Bernoulli hu fundamentali fl-aerodinamika[3].

Referenzi

Bibljografija

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads