David Beckham

From Wikipedia, the free encyclopedia

David Beckham
Remove ads

David Robert Joseph Beckham (twieled fit-2 ta' Mejju 1975) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li attwalment huwa l-president u ko-proprjetarju ta' Inter Miami u ko-proprjetarju ta' Salford City.

Quick facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...

Beckham beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Manchester United, fejn iddebutta ta' 17-il sena fl-1992. Ma' United, Beckham rebaħ sitt titli tal-Premier League, żewġ FA Cups, u l-UEFA Champions League fl-1999. Hu ħalla lil Manchester United biex jingħaqad ma' Real Madrid fl-2003, fejn baqa' magħhom għal erba' staġuni u rebaħ it-titlu tal-La Liga fl-aħħar staġun mal-klabb. F'Jannar tal-2007 ġie mħabbar li Beckham kien se jissieħeb mal-klabb Amerikan tal-Major League Soccer, Los Angeles Galaxy, fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin fl-1 ta' Lulju ta' wara. Waqt li kien plejer ma' Galaxy, ġie misluf darbtejn lill-klabb ta' Milan fl-2009 u fl-2009.

Fil-kamp internazzjonali, Beckham iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra fl-1 ta' Settembru 1996, fl-età ta' 21 sena. Hu kien kaptan tat-tim bejn il-15 ta' Novembru 2000 sal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006, fejn lagħab għal 58 darba. Hu lagħab il-100 logħba tiegħu kontra Franza fis-26 ta' Marzu 2008, u b'115-il preżenza hu jibqa' t-tieni l-iktar plejer li għamel preżenzi mat-tim nazzjonali Ingliż.

Beckham spiċċa darbtejn fit-tieni post għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA u fl-2004 kien l-aktar plejer imħallas fid-dinja meta jiġu inklużi s-salarju u r-reklamar. Beckham kien l-ewwel plejer Brittaniku illi lagħab 100 logħba fiċ-Champions League, u hu hu t-tielet fil-klassifika tal-aktar assists mogħtija fil-Premier League, b'152 assist f'265 dehra.

Hu hu miżżewweġ lil Victoria Beckham u għandhom erbat itfal — Brooklyn Joseph, Romeo James, Cruz David, u Harper Seven. Sal-2009, il-ġid tal-koppja flimkien huwa smat li jammonta mal-£125 sterlina.

Remove ads

Unuri

Klabb

Manchester United
Real Madrid
  • La Liga: 2006–07
  • Supercopa de España: 2003
Los Angeles Galaxy
  • Major League Soccer: 2011
  • MLS Supporters' Shield: 2010, 2011

Individwali

  • Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Awwissu 1996
  • Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA: 1996–97
  • Tim tas-Sena tal-PFA: 1996–197, 1997–98, 1998–99, 1999–2000
  • Plejer tas-Sena tal-UEFA: 1998–99
  • L-Aqwa Midfilder tal-UEFA: 1998–99
  • Tim tas-Sena tal-UEFA: 2000–01, 2002–03
  • Plejer tas-Sena tal-Ingilterra: 2003
Remove ads

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads