FA Community Shield
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
L-FA Community Shield (magħrufa qabel bħala Charity Shield) hija logħba tal-futbol li tintlagħab kull sena bejn ir-rebbieħa tal-kampjonat Ingliż u dawk tal-FA Cup. F'każ li ċ-ċampjins tal-Premier League ikunu rebħu wkoll l-FA Cup, l-avversarju jkun it-tim li jkun ikklassifika fit-tieni post tal-kampjonat.
Il-finali ssir ġewwa Wembley Stadium, u ċ-ċampjins attwali huma Manchester United li fil-11 ta' Awwissu 2013 rebħu 2–0 lil Wigan Athletic, biż-żewġ gowls jaslu minn Robin van Persie.
Remove ads
Storja
Il-Community Shield evolviet mix-Sheriff of London Charity Shield, kompetizzjoni li mill-1898 sal-1905 kienet tlaqqa' l-aqwa tim professjonali Ingliż kontra l-aqwa tim tad-dilettanti. L-isem ġej mill-fatt li l-introjtu minn din il-logħba jingħata b'karità lill-isptarijiet u karitajiet magħżula mill-klabbs parteċipanti, karatterisitka li għadha preżenti sal-ġurnata tal-lum.[1] Il-Football Association Charity Shield, kif kienet magħrufa dak iż-żmien, ġiet immudellata sabiex tieħu post tal-ewwel wara li l-ikbar klabbs tad-dilettanti ma waslux fi qbil mal-FA Ingliża. Il-format il-ġdid kien jinvolvi lir-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tal-Football League jaffrontaw lir-rebbieħa tas-Southern League, u l-ewwel logħba li ntlagħbet kienet fl-1908 bejn Manchester United u Queens Park Rangers. Il-partita ntemmet 1–1, u għalhekk kellha terġa' tintlagħab b'Manchester United joħorġu rebbieħa 4–0.
Matul is-snin il-format tal-kompetizzjoni nbidel diversi drabi. Fl-1913, ix-Shield kienet missielta bejn formazzjoni tad-dilettanti u dik tal-professjonisti, waqt li fl-1921 il-kompetizzjoni rat ir-rebbieħa tal-Football League u l-FA Cup jaffrontaw lil xulxin. Il-format kompla jvarja fis-snin għoxrin, dejjem fuq il-linja ta' dilettanti kontra professjonisti, fosthom fl-1927 meta l-professjonisti kienu rappreżentati mid-detenturi tal-FA Cup, Cardiff City, u d-dilettanti minn Corinthian.
Fis-sena 1950, ix-Shield rat jaffrontaw lit-tim nazzjonali Ingliż tat-Tazza tad-Dinja kontra tim tal-FA li kien dar il-Kanada dak is-sajf.[1] Anki fl-1961, is-sena tad-doppjetta domestika tat-Tottenham Hotspur, it-trofew ġie missielet bejn Tottenham u selezzjoni tal-FA imsejħa "Football Association XI".
Mill-1959, il-logħba bdiet tintlagħab fil-bidu tal-istaġun. Il-mistoqsija fuq liema żewġ timijiet jilgħabu għax-Shield f'każ li tim jirbaħ kemm l-FA Cup u l-kampjonat baqgħet hemm. Fl-1971, l-Arsenal saru t-tieni t-tim li għamlu d-Doppjetta minn meta bdiet ix-Shield, imma minħabba li l-logħob skedat ta' qabel l-istaġun huma ma setgħux jieħdu sehem. Leicester City ġew mistiedna bħala ċampjins tat-Tieni Diviżjoni sabiex minflok jilgħabu kontra l-finalisti telliefa tal-FA Cup Liverpool. Huma rnexxielhom jirbħu t-trofew minkejja li qatt qabel ma kienu rebħu l-kampjonat jew l-FA Cup. Fl-1972, ir-rebbieħa tal-kampjonat Derby County u dawk tal-FA Cup Leeds United irrifjutaw li jieħdu sehem fiċ-Charity Shield, u għalhekk Manchester City, li kienu spiċċaw ir-raba' fl-Ewwel Diviżjoni, u ċ-ċampjins tat-Tielet Diviżjoni Aston Villa ġew mistiedna biex jieħdu sehem; Manchester City rebħu 1–0.
Fl-1974, is-segretarju tal-FA Ted Croker, ħoloq il-format attwali bil-partita tintlagħab f'Wembley Stadium bejn iċ-ċampjins attwali tal-kampjonat u l-FA Cup.[1] Fis-snin tmenin u disgħin, jekk konfront kien jispiċċa fi dro, kull tim kien iżomm dan it-trofew sitt xhur kull wieħed; din ġiet irranġata bl-introduzzjoni tal-penalties fl-1993.[1]
Fl-2002, iċ-Charity Commission saret taf li l-Football Association naqset li tilħaq l-obbligazzjonijiet legali taħt il-liġi tal-karità, meta naqset li tispeċika liema flus mill-bejgħ tal-biljetti jmorru għall-karità, u ddum sabiex tagħmel il-pagamenti lill-karitajiet magħżula.[2] B'riżultat t'hekk, il-kompetizzjoni tbiddlilha isimha għal Community Shield.[3]
Remove ads
Rebbieħa
Skont is-sena
Skont in-numru ta' rebħiet
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads