Elezzjonijiet Ewropej 2009
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew 2009 saru fi ħdan is-27 membru tal-Unjoni Ewropea (UE) bejn l-4 u s-7 ta' Ġunju 2009.[1] Total ta' 736 Membru tal-Parlament Ewropew (MPE) u 18-il osservatur ("MPE virtwali") ġew eletti biex jirrapreżentaw lil 500 miljun Ewropew, b'dawn l-elezzjonijiet ikunu l-ikbar elezzjonijiet trans-nazzjonali fl-istorja.
Remove ads
Ħarsa ġenerali
Ftit aktar minn tliet kwarti tal-MPE ġew eletti l-Ħadd 7 ta' Ġunju, imma minħabba li d-data tal-votazzjoni varjat minn pajjiż għall-ieħor skont id-drawwiet tal-post, il-kwart l-ieħor ġie elett fit-tliet ġranet preċedenti:
- Il-Ħamis 4 ta' Ġunju:
Renju Unit,
Netherlands
- Il-Ġimgħa 5 ta' Ġunju:
Irlanda,
Repubblika Ċeka (l-ewwel jum)
- Is-Sibt 6 ta' Ġunju:
Ċipru,
Franza,
Italja (l-ewwel jum),
Latvja,
Malta,
Slovakkja,
Repubblika Ċeka (it-tieni jum)
- Il-Ħadd 7 ta' Ġunju:
Awstrija,
Belġju,
Bulgarija,
Ġermanja,
Danimarka,
Spanja,
Estonja,
Finlandja,
Franza,
Greċja,
Ungerija,
Italja (it-tieni jum),
Litwanja,
Lussemburgu,
Polonja,
Portugall,
Rumanija,
Slovenja,
Żvezja
F'seba' stati membri, minbarra l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kien hemm ukoll votazzjonijiet oħra xi jsiru: elezzjoni ġenerali fil-Lussemburgu; elezzjonijiet għall-gvern lokali fil-Latvja,[2] partijiet tar-Renju Unit,[3] partijiet tal-Ġermanja, l-Italja, Malta u l-Irlanda;[4] elezzjonijiet reġjonali fil-Belġju; u referendum fuq ir-riforma tal-liġi ta' suċċessjoni fir-Renju tad-Danimarka li tkun tista' tagħti lin-nisa l-istess drittijiet permezz ta' primaġenitura ugwali.
Din kienet l-ewwel elezzjoni għall-PE fejn il-Bulgarija u r-Rumanija ħadu sehem fiha fl-istess żmien mal-istati membri l-oħra. Meta issieħbu fl-UE lura fl-2007, huma żammew l-elezzjonijiet għall-MPE barra mill-kalendarju elettorali normali.
Remove ads
Sondaġġi

Sondaġġ li ġabar dsatax-il sondaġġ nazzjonali ppreżuma dawn ir-riżultati: PPE 265 MPE, PSE 195 MPE, ALDE 95 MPE, GUE–NGL 40 MPE, Ħodor-AĦE 35 MEP, UEN 35 MPE. Is-70 MPE l-ieħor ma ġewx previsti, imma madwar 20 kienu mistennija li jiġu miksuba minn kandidati tal-lemin-estrem jew tal-Libertas. Il-grupp IND/DEM ġie imbassar li jisfuma f'dawn l-elezzjoni minħabba s-suċċess mistenni tal-Libertas.[5]
Skont tbassir mill-esperti politiċi Simon Hox, Michael Marsh u Nick Vivyan, huma raw li kien se jkun ftit li xejn differenza fid-distribuzzjoni tas-siġġijiet, fejn ipprevedew 249 siġġu għall-PPE, 209 għall-PSE, 87 għall-ALDE, 58 għal UEN jew il-Konservazzjonisti Ewropej, 48 għall-GUE–NGL, 39 għall-Ħodor–AĦE, 17 għall-IND/DEM u 29 non-iskritti; il-Libertas ma kinux mistennija li jirbħu ebda siġġu.[6][7] Previżjoni oħra rat 262 siġġu għall-PPE, 194 għall-PSE, 85 għall-ALDE, 53 għall-UEN jew il-Konservazzjonisti Ewopej, 40 għall-GUE–NGL, 50 għall-Ħodor–AĦE, 23 għall-IND/DEM u 29 oħrajn.[8]
Remove ads
Riżultati
Ir-riżultati nazzjonali sat-8 ta' Ġunju 2009 huma dawn is-segwenti.
MPE sħaħ
736 membru bi drittijiet sħaħ ta' votazzjoni:
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads