Etnika

From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

Etnika huwa wieħed mill-gruppi folkloristiċi ewlenin f'Malta, stabbilit fis-sena 2000.

L-erba' membri fundaturi kienu l-kompożitur Ruben Zahra, Ġużi Gatt li jibni strumenti tradizzjonali, ir-riċerkatur Steve Borg u l-mużiċist Andrew Alamango. L-għan ewlieni tagħhom kien li jerġgħu jqajmu l-interess fi strumenti antiki tradizzjonali Maltin waqt li jgħaqqduhom ma' idjomi u strumenti kontemporanji.[1]

Fl-2000, Etnika ħarġu l-ewwel album bl-isem ta' Nafra. It-tieni album Żifna ħareġ fl-2003. F'dan l-album jesploraw iktar l-idea ta' gżira-nazzjon b'influwenzi kulturali Mediterranji differenti.

Fl-2001 huma ngħataw il-premju "Award of Music Achievement" waqt iċ-ċerimonja tal-Malta Music Awards li saret f'Ta' Qali.

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads