Fabrizio Frizzi

From Wikipedia, the free encyclopedia

Fabrizio Frizzi
Remove ads

Fabrizio Frizzi (twieled fil-5 ta' Frar 1958 – miet fis-26 ta' Marzu 2018) kien preżentatur tat-televiżjoni Taljan.

Quick Facts Ħajja, Isem propju ...
Remove ads

Karriera

Ispirat minn Corrado, fil-karriera tiegħu ta' iktar minn 30 sena mexxa programmi ta' varjetà, talent shows u kwizzijiet bħal Miss Italia, I fatti vostri, Scommettiamo che...?, Luna Park, Per tutta la vita, Cominciamo bene, Soliti ignoti - Identità nascoste u L'eredità. Sa mis-snin tmenin kien meqjus bħala wieħed mill-iktar uċuħ magħrufa tar-Rai. Flimkien ma' Pippo Baudo kien l-iktar preżentatur b'numru ta' trażmissjonijiet għaddejjin.

Fabrizio Frizzi kien maħbub f'Malta wkoll, b'diversi jsegwu l-programmi li kien jippreżenta tul il-karriera televiżiva tiegħu. Frizzi kien ġie Malta fl-2007 biex jippreżenta kunċert ta' Claudio Baglioni fil-Valletta Waterfront fejn kienu kantaw ukoll Riccardo Cocciante u Gianni Morandi fost l-oħrajn.[1]

Remove ads

Mewt

F'Ottubru tal-2017, Frizzi kien ħassu ħażin waqt li kien qed jiffilmja l-programm L'eredità. Wara ftit jiem fl-isptar, huwa kien irritorna fil-programm f'Diċembru. Frizzi miet ta' 60 sena, wara li sofra minn emoraġija f'rasu fl-isptar Sant'Andrea f'Ruma.[2]

Kienu l-qraba tiegħu li ppubblikaw l-aħbar b'nota fejn fiha qalu "Grazzi Fabrizio tal-imħabba kollha li tajtna tul is-snin".[3]

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads