Fes

belt fil-Marokk From Wikipedia, the free encyclopedia

Fes
Remove ads

Fes jew Fez (bl-Għarbi: فاس [Fās], bil-Franċiż: Fès), hija l-belt kapitali kulturali tal-Marokk u r-raba' l-ikbar belt fil-pajjiż wara Casablanca, Rabat u Marrakesh. Skont iċ-ċensiment tal-2004, il-popolazzjoni tlaħħaq id-946,815-il ruħ. Hija wkoll il-kapitali tar-reġjun Fès-Boulemane.[1]

Quick facts Amministrazzjoni, Kap tal-Gvern ...

Fes hija waħda mill-erbat ibliet imperjali flimkien ma' Meknès, Marrakesh u Rabat. Il-belt hija separata fi tliet partijiet, Fes el Bali (il-belt l-antika jew iċ-ċentru storiku), Fes-Jdid (Fes il-Ġdida, fejn hemm il-Mellaħ), u l-Ville Nouvelle (l-iġded biċċa ta' Fes, mibnija mill-Franċiżi). Il-Medina ta' Fes el Bali, l-ikbar waħda miż-żewġ medini ta' Fes, hija probabilment l-ikbar żona urbana mingħajr karozzi.[2][3][4] Il-Medina ta' Fes titqies bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[5] L-Università ta' Al-Karaouine ġiet stabbilita fit-895 W.K. u hija l-eqdem università attiva fid-dinja.

Remove ads

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Medina ta' Fes ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[5]

Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads