Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

Il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 kienet partita futbol li saret fid-9 ta' Lulju 2006 ġewwa l-Olympiastadion, ġewwa l-belt kapitali Ġermaniża Berlin, fejn f'dan il-konfront ġie determinat ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006. L-Italja għelbu lil Franza wara l-għoti tal-penalties wara li partita ntemmiet 1–1 wara l-ħin supplementari. Zinedine Zidane ġie mkeċċi fl-aħħar partita professjonali tiegħu, wara li ta daqqa ta' ras fuq sider Marco Materazzi.

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Remove ads

Sommarju tal-partita

Il-finali bdiet biż-żewġ naħat jiskorjaw fl-ewwel 20 minuta. Zinedine Zidane fetaħ l-iskor billi kkonverta penalty kontroversjali fis-7 minuta,[1] li ħabat mal-lasta l-mimduda u qabeż il-linja tal-gowl. Marco Materazzi kiseb il-gowl tal-pari fid-19-il minuta minn corner ta' Andrea Pirlo. Iż-żewġ timijiet ilkoll ħolqu azzjonijiet fejn setgħu jmorru fil-vantanġġ: Luca Toni ra l-konklużjoni tiegħu tistampa mal-lasta l-mimduda fil-35 minuta għall-Italja, waqt li aktar tard ra l-gowl tiegħu permezz ta' daqqa ta' ras tiegħu jiġi mħassar minħabba offside, waqt li Franza ġew imċaħħda mill-possibilità tat-tieni penalty wara li Florent Malouda waqa' fil-kaxxa minn intervent ta' Gianluca Zambrotta. Franza dehru l-aktar tim perikoluż bin-numru ikbar ta' konklużjonijiet lejn il-lasta avversarja. L-iskor baqa' l-istess sa tmiem id-90 minuta regolamentari.

Fin-nofs siegħa ta' ħin supplementari, bir-riżultat ikun għadu 1–1, il-gowlkiper Taljan Gianluigi Buffon għamel salvataġġ fundamentali hekk kif xellef id-daqqa' ta' ras ta' Zidane għal fuq il-lasta.

It-tkeċċija ta' Zidane

Thumb
Zinedine Zidane qabel il-famuża d-daqqa ta' ras u l-eventwali tkeċċija

Wara li kienet intemmet azzjoni fuq in-naħa Franċiża, hekk kif Zidane u d-difensur Taljan Marco Materazzi kienu qegħdin jirritornaw lura lejn il-pożizzjoni tagħhom, kien hemm skambju qasir ta' xi kliem wara li Materazzi deher iżomm il-flokk ta' Zidane fl-azzjoni preċedenti. Meta Zidane deher jitbiegħed minn Materazzi, il-plejer Franċiż waqaf, dar lura u f'salt wieħed ta daqqa ta' ras fuq sider Materazzi, fejn b'konsegwenza dan waqa' mal-art. Minkejja li l-partita ġiet imwaqqfa, ir-referi Horacio Elizondo deher li ma kienx induna b'dan l-inċident. Skont ir-rapporti tal-uffiċċjali għal din il-partita, ir-raba' uffiċjali Luis Medina Cantalejo informa lil Elizondo fuq l-inċident.[2]

Wara li kkonsulta 'l-assistenti, Elizondo wera karta ħamra lil Zidane fil-110 minuti.[3] Din kienet l-14-il tkeċċija fil-karriera ta' Zidane, u ngħaqad mal-plejer tal-Kamerun Rigobert Song bħala l-uniku plejer li qatt ġie mkeċċi f'żewġ kampjonati separati tat-Tazza tad-Dinja.[4] Hu sar ukoll ir-raba' plejer li ġie mkeċċi f'finali tat-Tazza tad-Dinja, u l-ewwel wieħed fil-ħin supplementari.[5]

Aktar kontroversja

Fl-10 ta 'Lulju 2006, minkejja il-ġest vjolenti u l-insult lejn ir-referee Jorge Larrionda matul is-semi-finali mal-Portugall,[6] Zidane kien elett "l-aħjar plejer tad-Dinja".

Provokazzjoni

Wara li l-evidenza viżwali kienet issuġġeriet li Materazzi verbalment ipprovoka lil Zidane, tliet gazzetti Brittaniċi ħatru xi professjonisti fil-qari tax-xufftejn biex jiddeterminaw x'qal Materazzi, bit-The Times, The Sun u d-Daily Star allegaw li Materazzi kien qal lil Zidane "iben qaħba terrorista". Fl-2008, The Sun u d-Daily Star għamlu apoloġija pubblika lil Materazzi. The Times għad trid twassal l-apoloġiji tagħha.[7][8]

Zidane spjega kif kienu l-insulti ħorox fuq missieru li wassluh biex jaġixxi kif aġixxa.[9] Materazzi ammetta li insulta lil Zidane, imma argumenta li l-aġir ta' Zidane kien wieħed arroganti u li r-rimarki kienu infudati.[10] Materazzi insista wkoll li hu ma nsultax lil omm Zidane (li kienet marida dak iż-żmien), fejn stqarr: "Jien ma tkellimtx fuq ommu, lanqas. Jien tlift lil ommi meta kelli ħmistax-il sena, u anke illum insir emozzjonat kull darba li nitkellem fuqha."[11]

Zidane apoloġizza ta' dan li għamel però żied li ma kienx dispjaċut ta' dak li għamel, minħabba li ħass li dan seta' jpatti għall-azzjonijiet ta' Materazzi.[12] Xahrejn wara, Materazzi offra l-verżjoni tiegħu ta' dak li ġara, fejn stqarr kif wara li ġibed il-flokk ta' Zidane, Zidane qallu, "Jekk trid il-flokk tiegħi, nagħtihulek wara", u hu rrisponda 'l Zidane li hu jippreferi minflok lil oħtu, minkejja li ma kienx jaf li Zidane kellu oħtu, skont kif qal fl-intervista.[13] Sena wara l-inċident, Materazzi ikkonferma li l-kliem preċiżi tiegħu lil Zidane kienu "Preferisco la puttana di tua sorella" ("Nippreferi l-qaħba ta' oħtok").[14]

Reazzjonijiet

Wara l-finali, il-president Franċiż Jacques Chirac faħħar lil Zidane bħala "raġel tal-qalb u konvinzjoni".[15] Chirac żied aktar tard li ra li l-offiża ma kinitx aċċettabbli, imma fehem li Zidane kien ġie pprovokat.[16] Madanakollu, il-gazzetta Franċiża Le Figaro iddeskriviet id-daqqa' ta' ras bħala "odjuża" u "inaċċettabbli".[17] Minkejja din l-għagħa kollha, l-isponsors ta' Zidane ħabbru li xorta waħda se jżommu l-kuntatti mal-plejer.[18]

Dan l-inċident kiseb popolarità estensiva fuq l-internet u l-kultura popolari. Minbarra l-ħafna vidjos satiriċi, kanzunetta bit-titlu Coup de Boule ("Daqqa ta' ras") waslet sal-quċċata tal-klassifiki mużikali Franċiżi.

Fid-dawl tal-istqarrijiet ta' Zidane, il-FIFA fetħet proċeduri dixxiplinarji biex tinvestiga l-inċident. Il-FIFA affermat li kienet leċita d-deċiżjoni ta' Elizondo li jitkeċċa Zidane, fejn ċaħdet allegazzjonijiet li Cantalejo kien ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq trażmissjoni viżiva qabel ma ħa d-deċiżjoni finali tiegħu.[19] Il-FIFA immultat lil Materazzi 5,000 frank Żvizzeru u sospensjoni għal żewġ partiti, waqt li Zidane irċieva sospensjoni ta' tliet partiti u multa ta' 7,500 frank Żvizzeru. Minħabba li Zidane kien diġà irtira, hu offra b'volontarjat li jservi tliet ijiem ta' servizz komunitarju għan-nom tal-FIFA.[20]

L-għoti tal-penalties

Hekk kif il-ħin barrani ma ra l-ebda gowl ieħor, il-partita kellha tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties, bl-Italja joħorġu 5–3 rebbieħa. David Trezeguet ta' Franza, l-istess plejer li kien skorja l-gowl tad-deheb drammatiku kontra l-Italja fil-Kampjonati Ewropej 2000, kien l-uniku plejer li ma skurjax mill-penalty, hekk kif il-konklużjoni tiegħu stampat mal-lasta l-mimduda.[21]

Remove ads

Dettalji tal-partita

More information Italja, 1 – 1 (w.ħ.s.) ...
  Penalties  
  Pirlo Skurjat
Materazzi Skurjat
De Rossi Skurjat
Del Piero Skurjat
Grosso Skurjat
5 – 3 Skurjat Wiltord
Żbaljat Trezeguet
Skurjat Abidal
Skurjat Sagnol
 
Italja
Franza
Thumb
ITALJA:
G1Gianluigi Buffon
D19Gianluca ZambrottaAmmonizzjoni 5'
D5Fabio Cannavaro (k)
D23Marco Materazzi
D3Fabio Grosso
M8Gennaro Gattuso
M21Andrea Pirlo
M16Mauro CamoranesiSostituzzjoni (barra) 86'
M20Simone PerrottaSostituzzjoni (barra) 61'
A10Francesco TottiSostituzzjoni (barra) 61'
A9Luca Toni
Sostituzzjonijiet:
M4Daniele De RossiSostituzzjoni (ġewwa) 61'
A15Vincenzo IaquintaSostituzzjoni (ġewwa) 61'
A7Alessandro Del PieroSostituzzjoni (ġewwa) 86'
Kowċ:
Italja Marcello Lippi
Thumb
Thumb
FRANZA:
G16Fabien Barthez
D19Willy SagnolAmmonizzjoni 12'
D15Lilian Thuram
D5William Gallas
D3Éric Abidal
M4Patrick VieiraSostituzzjoni (barra) 56'
M6Claude MakéléléAmmonizzjoni 76'
M22Franck RibérySostituzzjoni (barra) 100'
M10Zinedine Zidane (k)Tkeċċija 110'
M7Florent MaloudaAmmonizzjoni 111'
A12Thierry HenrySostituzzjoni (barra) 107'
Sostituzzjonijiet:
M18Alou DiarraSostituzzjoni (ġewwa) 56'
A20David TrezeguetSostituzzjoni (ġewwa) 100'
A11Sylvain WiltordSostituzzjoni (ġewwa) 107'
Kowċ:
Franza Raymond Domenech

Plejer tal-Partita:
Italja Andrea Pirlo

Assistenti:
Arġentina Dario García
Arġentina Rodolfo Otero
Ir-Raba' Uffiċċjal:
Spanja Luis Medina Cantalejo
Il-Ħames uffiċċjal:
Spanja Victoriano Giraldez Carrasco

Regoli tal-logħba:

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads