Giuseppe Verdi

From Wikipedia, the free encyclopedia

Giuseppe Verdi
Remove ads

Giuseppe Fortunino Francesco Verdi (10 ta' Ottubru, 1813, Roncole - 27 ta' Jannar, 1901, Milan), kien kompożitur romantiku Taljan. Ix-xogħol tiegħu, magħmul essenzjalment minn opri li jikkombinaw il-qawwa melodika mal-forza psikoloġika u leġġendarja, huwa wieħed mill-aktar importanti fl-istorja tat-teatru mużikali.
Verdi kien wieħed mill-kompożituri ta' opri Taljani l-aktar influwenti tas-seklu 19, b'influwenza li nistgħu nqabbluha ma' dik ta' Bellini, Donizetti, Puccini u Rossini. Ix-xogħlijiet tiegħu huma spiss rappreżentati fit-teatri tal-opra tad-dinja kollha u ċerti melodiji mill-opri tiegħu ilhom ħafna li saru parti mill-kultura popolari, bħal, pereżempju, "La donna è mobile" minn Rigoletto, "Brindisi" minn La Traviata, "Va, pensiero" minn Nabucco jew il-"Marċ Trijonfali" minn Aida. L-opri ta' Verdi għadhom jiddominaw ir-repertorju tal-arti lirika, seklu u nofs wara li nħolqu.
Verdi ma tantx kien impenjat politikament. Madankollu kien jawtorizza l-użu tal-immaġni u tax-xogħlijiet tiegħu fil-proċess tal-unifikazzjoni tal-peniżola Taljana. Għal dir-raġuni, Verdi sar, flimkien ma' Garibaldi u Cavour, figura emblematika tar-Risorgimento.[1]

Quick Facts Senatur tar-Renju tal-Italja, Membru tal-Kamra tad-Deputati tar-Renju tal-Italja ...
Remove ads

Bijografija

Huwa beda’ juri x-xewqa għall-mużika meta kien għadu żgħir u rċieva ftit lezzjonijiet mill-organista tar-raħal. Missieru, Carlo Verdi, kien jieħu ħsieb lukanda u ħanut tal-merċa; kien fqir biex jagħti lit-tifel tiegħu edukazzjoni tajba, imma t-tifel għogbitu n-nota ta’ Antonio Barezzi (merkant u dilettant tal-mużika fil-Belt ta’ Busseto) li nkoraġġih u assistih fl-edukazzjoni mużikali. Minbarra li kkopja partijiet u emula l-organista tal-belt, Verdi beda jikteb biċċiet mill-mużika għas-Soċjetà Filarmonika Lokali u għall-knisja wkoll.[2]

Fl-eta’ ta’ tmintax-il-sena, Barezzi tah borża ta’ studju biex imur Milan u jistudja fiil-Konservatorju. Huwa ma ġiex milqugħ minħabba l-età imma baqa’ Milan għal tliet snin, jistudja ma’ Vincenzo Lavigna, mużiċista fl-orkestra tat-teatru La Scala. Fl-1834 Verdi rritorna f’Busseto biex jitħarreġ, bl-appoġġ tal-Maestro tal-kappella. Inħatar bħala Maestro tal-Mużika għall-Komunisti u kellu rwol importanti fil-ħajja tal-Belt.

Fl-1836 huwa żżewweg lil Margherita Barezzi, it-tifla tal-Patrun tiegħu. Giuseppe Verdi miet fl-1901 fl-età ta' 88 sena.

Remove ads

Xogħlijiet

L-ewwel opra tiegħu, "Oberto", ġiet aċċettata għall-provi f’La Scala. Wara xhur ta’ posponimenti, fl-aħħar li kienet ipproduċiet fl-1839 kienet suċċess kbir meta ppubblikah Giovanni Ricordi. Il-mużika Taljana ġiet ippublikata tant li l-kumpanija għamlet il-qligħ mill-mużika ta’ Verdi.

Lista ta’ xogħlijiet prinċipali ta’ Verdi

Opri liriċi

  • Oberto, Conte di San Bonifacio (Teatro La Scala ta' Milan, 17 ta' Novembru 1839)
  • Un giorno di regno (Teatro La Scala ta' Milan, 5 ta' Settembru 1840)
  • Nabucco (Teatro La Scala ta' Milan, 9 ta' Marzu 1842)
  • I Lombardi alla prima crociata (Teatro La Scala ta' Milan, 11 ta' Frar 1843)
  • Ernani (Gran Teatro La Fenice ta' Venezja, 9 ta' Marzu 1844)
  • I due Foscari (Teatro Argentina ta' Ruma, 3 ta' Novembru 1844)
  • Giovanna d'Arco (Teatro La Scala ta' Milan, 15 ta' Frar 1845)
  • Alzira (Teatro di San Carlo ta' Napli, 12 ta' Awwissu 1845)
  • Attila (Gran Teatro La Fenice ta' Venezja, 17 ta' Marzu 1846)
  • Macbeth (Teatro della Pergola ta' Firenze, 14 ta' Marzu 1847)
  • I masnadieri (Her Majesty's Theatre ta' Londra, 22 ta' Lulju 1847)
  • Jérusalem (Opéra national ta' Pariġi, 26 ta' Novembru 1847)
  • Il corsaro (Teatro Grande ta' Trieste, 25 ta' Ottubru 1848)
  • La battaglia di Legnano (Teatro Argentina ta' Ruma, 27 ta' Jannar 1849)
  • Luisa Miller (Teatro San Carlo ta' Napli, 8 ta' Diċembru 1849)
  • Stiffelio (Teatro Grande ta' Trieste, 16 ta' Novembru 1850)
  • Rigoletto (Teatro La Fenice ta' Venezja, 11 ta' Marzu 1851)
  • Il trovatore (Teatro Apollo ta' Ruma, 19 ta' Jannar 1853)
  • La traviata (Teatro La Fenice ta' Venezja, 6 ta' Marzu 1853)
  • Les vêpres siciliennes (Opéra national ta' Pariġi, 13 ta' Ġunju 1855)
  • Simon Boccanegra (Teatro La Fenice ta' Venezja, 12 ta' Marzu 1857)
  • Aroldo (Teatro Nuovo ta' Rimini, 16 ta' Awwissu 1857)
  • Un ballo in maschera (Teatro Apollo ta' Ruma, 17 ta' Frar 1859)
  • La forza del destino (Teatru Mariinskij ta' San Pietruburgu, 10 ta' Novembru 1862)
  • Don Carlos (Opéra national ta' Pariġi, 11 ta' Marzu 1867)
  • Aida (Teatru tal-Opra tal-Kajr, 24 ta' Dicembru 1871)
  • Otello (Teatro La Scala ta' Milan, 5 ta' Frar 1887)
  • Falstaff (Teatro La Scala ta' Milan, 9 ta' Frar 1893)
Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads