KV Mechelen

From Wikipedia, the free encyclopedia

KV Mechelen
Remove ads

Yellow Red Koninklijke Voetbalclub Mechelen[1] (spiss sempliċement imsejħa KV Mechelen jew KV, jew mill-ismija Franċiż preċedenti tagħhom FC Malinois), huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Mechelen fil-provinċja ta' Antwerp. KV Mechelen jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Huma rebħu erba kampjonati Belġjani u Tazza Belġjana waħda, kif ukoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej 1987-88. Huma ġabru l-unuri kollha tagħhom fl-1940ijiet u fit-1980ijiet.

Quick facts Isem sħiħ, Ismijiet oħra ...

KV Mechelen twaqqaf fl-1904 u fl-istaġun 1921–22, ġew promoss għall-ewwel diviżjoni. Wara żewġ relegazzjoni u promozzjoni suċċessivi, dawn kienu lura għat-tajjeb bejn l-istaġuni 1928–29 u 1955–56. Fis-1960ijiet u fis-1970ijiet, il-klabb kellhu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjoni. Mill-1983–84 sal-1996–97, huma kellhom perjodu ta' suċċess fl-ewwel diviżjoni, b'titolu u diversi finituri fit-tieni u t-tielet post. Matul dak il-perjodu, huma rebħu wkoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej u dawn laħqu semi-finali fl-istess kompetizzjoni kif ukoll il-kwarti tal-finali tat-Tazza Ewropea. KV Mechelen eventwalment naqsu fl-aħħar tad-1990ijiet, għalkemm kellhom żewġt perjodi aktar fl-ogħla livell mill-1999–2000 sal-2000–01 u fl-2002–03. Fl-aħħar ta' dak l-istaġun, il-klabb ma rċievix il-Liċenzja Belġjana tal-futbol professjonali, u għalhekk dawn kienu relegati għat-tielet diviżjoni. Wara żewġ promozzjonijiet fl-istaġuni 2004–05 u 2006–07, KV Mechelen waslu lura għall-ewwel diviżjoni.

Il-klabb jilbes flokkijiet sofor bl-istrixxi ħomor b'xorts u kalzetti suwed. Huma jilgħabu l-logħob f'darħom fl-Argosstadion Achter de Kazerne, fejn Argos huwa l-isponsor tal-grawnd tagħhom u Achter de Kazerne tfisser Behind the Barracks. Il-grawnd ġie msemmi hekk minħabba kwartieri użati viċin il-grawnd. Il-partitarji ta' KV Mechelen għandhom rivalità fit-tul ma' KRC Mechelen.

Remove ads

Storja

Il-klabb kien twaqqaf fl-1904, ftit xhur wara t-twelid tar-rivali KRC Mechelen. Il-klabb kellu l-ewwel perjodu ta' suċċess fl-1940ijiet. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1943, il-klabb rebaħ l-ewwel titlu domestiku tiegħu. It-tieni titolu wasal ftit snin wara, fl-1946, u fl-1948 il-klabb kien ta' suċċess mill-ġdid. Wara dan, il-klabb waqa lura. Fl-1954, huma rnexxielhom jispiċċaw it-tielet, punt wieħed biss wara ċ-ċampjins RSC Anderlecht, iżda kien l-aħħar staġun tajjeb tagħhom. Sentejn wara, Mechelen ġew relegati għat-tieni diviżjoni. Matul is-60ijiet u s-70ijiet, Mechelen marru l-fuq u l isfel bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni.

Il-klabb gawda perjodu suċċessiv kemm domestiku u kemm Ewropew bejn is-snin 1987–1992. Matul dawn il-5 istaġuni, Mechelen rebħu kampjonat Belġjan u titolu tat-tazza Belġjana. Huma wkoll lestew it-tieni fil-kampjonat Belġjan darbtejn u tilfu l-finali tat-tazza Belġjana darbtejn. Wara li rebħu it-titolu tat-tazza domestika fl-1987, huma kkwalifikaw għat-Tazza tat-Tazez Ewropej, huma lestew il-kisba straordinarja billi rebħu dan it-turnew fl-1988. Mechelen huwa l-aħħar tim Belġjan li rebaħ trofew Ewropew.

KV Mechelen deher li kien fit-triq tiegħu li ssir wieħed mill-aqwa klabbs fil-Belġju, iżda malajr naqsu meta ċ-ċermen tagħhom Cordier (li ġab il-proprjetà tad-drittijiet għal ħafna plejers) kien imġiegħel biex ibiegħ ħafna plejers minħabba riżultati ħżiena tal-kumpanija tiegħu. Fl-10 ta' Ġunju 2007, it-tim kiseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Sentejn wara fl-2009, KV Mechelen lagħbu l-finali tat-Tazza Belġjana, iżda sfortunatament tilfu 2–0 kontra KRC Genk. Sena wara dan, huma tilfu fis-semi finali bid-dro ta' 2–2 u 1–0 kontra KAA Gent. Wara suċċess li għamel fl-2010 u erba' staġuni għall-Mechelen, il-kowċ Peter Maes iddeċieda li jħalli u ffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sporting Lokeren. Malinwa għamel ftehim ma' Marc Brys biex jieħu f'idejha il-kariga ta' Maes.

Remove ads

Unuri

Domestiċi

  • L-Ewwel Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (4): 1942–43, 1945–46, 1947–48, 1988–89
  • It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (6): 1925–26, 1927–28, 1962–63, 1982–83, 1998–99, 2001–02
  • Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (2): 1981, 2007
  • It-Tielet Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (1): 2004–05
  • Tazza Belġjana:
    • Rebbieħa (2): 1986–87, 2018-19

Internazzjonali

  • Tazza tat-Tazez Ewropej:
    • Rebbieħa (1): 1987–88
  • UEFA Super Cup:
    • Rebbieħa (1): 1988
  • Trofew Joan Gamper:
    • Rebbieħa (1): 1989
Remove ads

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

Minn Diċembru, 2008.
More information Kompetizzjoni, A ...

Logħob

  • K = rawnd tal-kwalifikazzjoni
  • R = rawnd
  • Grupp = fażi tal-gruppi / Grupp 1 = l-ewwel fażi tal-grupp / Grupp 2 = it-tieni fażi tal-grupp
  • 1/8 = l-aħħar tminja / 1/4 = kwarti tal-finali / 1/2 = semi-finali
  • F = finali
  • PKU = punti tal-koeffiċjent tal-UEFA
  • PO = Play-Offs
More information Staġun, Kompetizzjoni ...

Sommarju tal-aħjar riżultati

(2 tazez)

Tazza Ewropea/UEFA Champions League:

- kwarti-finalisti fl-1990

UEFA Cup Winners' Cup (1):

- rebbieħa fl-1988
- semi-finalisti fl-1989

UEFA Super Cup (1):

- rebbieħa fl-1988

Kowċis

  • Rumanija Oliver Gaspar (1960–64)
  • Ungerija András Dolgos (1965–68)
  • Belġju Piet Teughels (1968–70)
  • Belġju Staf Van den Bergh (1970–75)
  • Belġju André Bollen (1975–77)
  • Belġju Kamiel Van Damme (1981–82)
  • Netherlands Leo Canjels (1982–85)
  • Ġermanja Ernest Künnecke, Netherlands Aad De Mos (1985–86)
  • Netherlands Aad De Mos (1986–89)
  • Netherlands Ruud Krol, Belġju Fi Van Hoof (1989–90)
  • Belġju Fi Van Hoof (1990–91)
  • Belġju Georges Leekens (1991–92)
  • Belġju Fi Van Hoof (1992–94)
  • Belġju Walter Meeuws (1994–95)
  • Belġju Walter Meeuws, Belġju Willy Reynders (1995–96)
  • Belġju Willy Reynders, Belġju Georges Heylens (1996–97)
  • Belġju Franky Vercauteren (1997–98)
  • Belġju Rudy Verkempinck, Belġju Gunther Jacob & Belġju Valère Billen (1998–99)
  • Belġju Gunther Jacob (1999–00)
  • Belġju Lei Clijsters, Belġju Valère Billen & Netherlands Barry Hulshoff (2000–01)
  • Netherlands Barry Hulshoff, Belġju Fi Van Hoof (2001–02)
  • Belġju Stéphane Demol, Belġju Alex Czerniatynski (2002–03)
  • Belġju Alex Czerniatynski (2003–04)
  • Belġju Rik Van de Velde, Serbja Zivica Kanacki (Lul 2004–Jan 2005)
  • Netherlands André Wetzel, Serbja Zivica Kanacki (2005–Ġun 6)
  • Belġju Peter Maes (Lul 2006–Ġun 2010)
  • Belġju Marc Brys (Lul 2010–Ġun 2012)
  • Belġju Harm van Veldhoven (Lul 2012–...)
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads