Kalifat Almohad
Imperu Misilmin Berberu tat-Tramuntana tal-Afrika From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Il-Kalifat Almohad jew il-Mwaħħdin (bl-Għarbi: خِلَافَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ jew دَوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ jew ٱلدَّوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِيَّةُ mill-Għarbi ٱلْمُوَحِّدُونَ b'ittri Rumani: Kħilafat ul-Muwaħħidīn, jew ad-Dawlat ul-Muwaħħidīn mill Għarbi al-Muwaħħidūn, litt. "dawk li jistqarru t-twemmin ta' Alla wieħed"[1][2]) kien imperu Mislem Berberu tat-Tramuntana tal-Afrika mwaqqaf fis-seklu 12. Fl-eqqel tiegħu, kien jikkontrolla ħafna mill-Peniżola Iberika Iżlamika (Al-Andalus) u t-Tramuntana tal-Afrika (il-Magreb).[3][4][5] Il-moviment Almohadi twaqqaf minn Ibn Tumart fost it-tribujiet Masmuda Berberi, iżda l-Kalifat tal-Almohadi u d-dinastija fit-tmun twaqqfu wara mewtu minn Abd al-Mu'min al-Gumi.[6][7][8][9] Madwar l-1120, Ibn Tumart l-ewwel stabbilixxa stat Berberu f'Tinmel fil-Muntanji Atlas.[3] Taħt Abd al-Mu'min (li rrenja mill-1130 sal-1163), il-moviment irnexxielu jwaqqa' d-dinastija Almoravid li kienet tiggverna l-Marokk fl-1147, meta rebaħ Marrakexx u ddikjara lilu nnifsu kaliff. Imbagħad estenda s-setgħa tiegħu fuq il-Magreb kollu sal-1159. Al-Andalus malajr segwa u safa taħt il-ħakma tal-Almohadi sal-1172.[10]
Il-punt ta' bidla tal-preżenza tal-kalifat fil-Peniżola Iberika waslet fl-1212, meta il-Kaliff Muħammad III "in-Nasir" (1199-1214) ġie megħlub fil-Battalja ta' Las Navas de Tolosa fis-Sierra Morena minn alleanza tal-forzi Kristjani mir-renji ta' Kastilja, ta' Aragona u ta' Navarra. Ħafna mit-territorji li kien fadal ta' Al-Andalus intilfu fid-deċennji ta' wara, u l-bliet ta' Córdoba u ta' Sivilja waqgħu f'idejn l-Insara fl-1236 u fl-1248 rispettivament.
L-Almohadi komplew jaħkmu fl-Afrika sakemm it-telf frammentali tat-territorju permezz tar-rewwixta tat-tribujiet u d-distretti ppermettiet l-istabbiliment tal-għedewwa l-aktar effettivi tagħhom, il-Marinidi, mit-Tramuntana tal-Marokk fl-1215. L-aħħar rappreżentant tad-dinastija, Idris "il-Watiq", ġie ridott għall-pussess ta' Marrakexx, fejn kien maqtul minn skjav fl-1269; il-Marinidi ħatfu lil Marrakexx, u temmew id-dominazzjoni tal-Almohadi fil-Punent tal-Magreb.
Remove ads
Lista tal-kalifi Almohadi (1121-1269)
L-ismijiethom fil-forom l-Għarbi b'ittri Latini:
- Iben Tumart "il-Mahdi" (l-Iggwidat), 1121-1130
- Għabd il-Mu'min, 1130-1163
- Abu Yagħqub Yusuf I, 1163–1184
- Abu Yusuf Yagħqub "il-Mansur" (il-Minsor), 1184–1199
- Muħammad "in-Nasir" (ir-Rebbieħ), 1199–1213
- Abu Yagħqub Jusuf II "il-Mustansir" (ir-Megħjun), 1213–1224
- Abu Muħammad 'Għabd il-Wieħed I "il-Maħlugħ" (l-Imbattal), 1224
- Għabdalla "l-Għadil" (il-Ġust), 1224-1227
- Jaħja "il-Mustagħsim", 1227-1229
- Abu l-Għala Idris I "il-Ma'mun" (il-Mwemmen), 1229-1232
- Abu Muħammad Għabd il-Wieħed II "ir-Raxid", 1232-1242
- Abu l-Ħasan Għali "is-Sagħid" (il-Ferħ), 1242-1248
- Abu Ħafs Għumar "il-Murtada", 1248-1266
- Abu l-Għula (Abu Dabbus) Idris II "il-Watiq" (il-Kunfidenti), 1266-1269
Remove ads
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads

