Kemmun

From Wikipedia, the free encyclopedia

Kemmun
Remove ads

Il-Kemmun (Cuminum cyminum) huwa pjanta li twarrad fil-familja Apiaceae, nattiva f'territorju li jinkludi l-Lvant Nofsani u jasal fil-Lvant sal-Indja. Iż-żerriegħa tiegħu - kull waħda minnhom tkun fi frotta li titnixxef - hi wżata fil-kċejjen ta’ ħafna kulturi kemm fil-forma sħiħa kif ukoll midħuna. Għalkemm il-kemmun jintuża fil-mediċina tradizzjonali, m'hemm l-ebda xhieda soda li sejf jew effettiv bħala aġent terapewtiku.

Quick facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...
Remove ads

Etimoloġija

Il-kelma Maltija "kemmun" ġejja mill-Għarbi كمون (kammun).

Deskrizzjoni

Il-kemmun għandu zokk irqiq u ramifikat għoli bejn 20 u 30ċm. Il-weraq huma twal bejn 5 u 10cm twal, irranġati bħal moxt. Il-fjuri huma żgħar, bojod jew roża, u rranġati fl-umbrelel. Il-frott huwa akne laterali fusiformi ovojdi, twil xi 4-5 mm, li fih żerriegħa waħda. Iż-żerriegħa tal-kemmun tixbah lil dik tal-bużbież u l-ħlewwa, iżda hi iżgħar u ta' kulur skur. M'għandux jiġi konfuż mal-Karwija/Ħlewwa Ġermaniża, li għandha frott simili iżda b'aroma kompletament differenti.

Remove ads

Storja

Il-kemmun ilu jintuża minn żminijiet antiki. Iż-żerriegħa instabet fis-sit Sirjan ta’ Tell ed-Der, u ġiet segwita lura sat-tieni millenju QK Saru wkoll diversi sejbiet li għndhom x'jaqsmu mal-età tar-Renju l-Ġdid tal-Eġittu tal-Antik.

Oriġinarjament ikkultivata fl-Iran u fir-reġjuni tal-Mediterran, il-kemmun jissemma fil-Bibbja, kemm fit-Testment il-Qadim (Isaija 28:27) kif ukoll fit-Testment il-Ġdid (Mattew 23:23). Kien magħruf ukoll fil-Greċja antika u Ruma antika. Il-Griegi kienu jżommu l-kemmun fuq il-mejda, f'kontenituri speċifiku għalih (ftit jew wisq kif jintuża l-bżar illum), u din id-drawwa għadha sal-lum fil-Marokk. L-użu tal-kemmun sar inqas u inqas frekwenti, fl-Ewropa (bl-eċċezzjoni ta’ Spanja u Malta) li jibda mill-Medju Evu. Ġie introdott fil-kontinent Amerikan minn kolonizzaturi Spanjoli.

Folklor

Matul il-Medju Evu, is-superstizzjoni kienet tgħid li l-kemmun iżomm lura lit-tiġieġ, u lin-namrati, milli jaħarbu. Kienu jaħsbu wkoll li l-għarajjes li jieħdu magħhom żerriegħa tal-kemmun waqt iċ-ċerimonja tat-tieġ kien ikollhom ħajja ferħana. Il-kemmun huwa meqjus ukoll ta' għajnuna fit-trattament tal-irjiħat meta jitħallat mal-ħalib sħun.

Fl-Asja t'Isfel, it-te tal-kemmun (żerriegħa mnixxfa mgħollija fl-ilma) tintuża biex tiddistingwi nefħa fl-istonku minħabba l-gass minn tqala vera.

Fis-Sri Lanka, iż-żerriegħa nkaljata u mbagħad mgħallija tipproduċi tè li jintuża biex jikkalma problemi serji fl-istonku.

Remove ads

Kultivazzjoni u użu

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads