Liebru tal-Alaska

From Wikipedia, the free encyclopedia

Liebru tal-Alaska
Remove ads

Il-liebru tal-Alaska, magħruf xjentifikament bħala Lepus othus, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) li jinsab mifrux mal-muntanji f'elevazzjoni għolja tal-Alaska fil-kontinent tal-Amerika ta' Fuq u fis-Siberja fil-ponta estrema tal-kontinent Asjatiku.

Quick facts Stat ta' konservazzjoni, Klassifikazzjoni xjentifika ...

L-isem ta' liebru tal-Alaska ġej mid-distribuzzjoni ta' dan il-liebru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tinsab mifruxa mal-muntanji tal-Alaska. Il-liebru tal-Alaska huwa l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent Amerikan fejn adult kapaċi jilħaq is-70 ċentimetru tul bid-denb b'kollox li jkun bejn wieħed u ieħor 8 ċentimetri.

Dan il-liebru għad-differenza minn ħafna oħra jirriproduċi darba f'sena. Iżda hemm tendenza li l-boton ikun akbar fin-numru (minn 4 sa 8 żrameġ) mill-ispeċi li jirriproduċu aktar minn darba fis-sena.

Remove ads

Klassifikazzjoni

Dan il-liebru huwa wieħed minn tliet speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Lepus u l-ispeċi maqsuma f'żewġ sottospeċi.

  • Ordni Lagomorpha
    • Familja Leporidae
      • Sottofamilja Leporinae
        • Tribù Leporini
          • Ġeneru Lepus
            • Sottoġeneru Lepus
              • Liebru tal-Alaska, Lepus othus
                • Sottospeċi
                • Lepus othus othus (Merriam, 1900)
                • Lepus othus tschuktschorum (Nordquist, 1883)

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads